Il-President weġġaħ lill-vittmi tal-inċident ferrovjarju tat-12 ta' April 2010 fl-Italja, kif ukoll lil qrabathom.
Radd il-ħajr lill-parteċipanti fis-seduta kommemorattiva tal-14 ta' April 2010 li kienet ġiet organizzata b'turija ta' solidarjetà mal-popolazzjoni Pollakka.
Tkellem Herbert Dorfmann dwar l-inċident ferrovjarju fl-Italja.
Il-President tkellem dwar iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali ta' din is-sessjoni parzjali u dwar l-impossibilità għal xi wħud fost il-membri li jkunu preżenti fi Strasburgu. Barra minhekk, ippreżenta proposta min-naħa tal-Konferenza tal-Presidenti intiża li tibdel l-ordni tal-ħidma. Hu irrimarka, fost affarijiet oħra, li, skont din il-proposta, ma kienx se jkun hemm seduta nhar il-Ħamis, lanqas votazzjonijiet fil-Plenarja jew fil-kumitati waqt is-sessjoni parzjali kollha. Hu avża li l-Membri kellhom ikunu jistgħu jiffirmaw ir-reġistru nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa.
Ħabbar li rċieva, nhar is-7 ta' April 2010, ittra ta' Nigel Farage (Ko-President tal-Grupp EFD) li fiha dan invoka l-Artikolu 6 tar-Regoli ta' Proċedura biex jilmenta dwar it-trattament tal-immunitajiet parlamentari fl-Ewropa. L-ilment intbagħat lill-Kumitat JURI.