Tkellmu: dwar il-bidliet proposti fl-ordni tal-ħidma mill-Konferenza tal-Presidenti (ara l-punt preċedenti), Jörg Leichtfried, John Bufton, Sophia in 't Veld u Charles Tannock.
Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.
L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduta plenarja ta' April (PE 439.802/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (l-Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
It-Tlieta
L-aġenda ta' filgħodu se tkun kif ġej:
mid-9:00 sal-11:00: dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar it-traffiku tal-ajru fl-Ewropa
mill-11:00 sas-13:00: dikjarazzjoni ta' José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) dwar il-programm leġiżlattiv u ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2010 u dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-koordinazzjoni tal-għajnuna umanitarja għal Ħaiti.