Id-Dikjarazzjoni bil-Miktub 0002/2010 ippreżentata mill-Membri Monica Luisa Macovei, Simon Busuttil, Luigi de Magistris, Ana Gomes u Bart Staes dwar l-isforzi tal-Unjoni biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. Għalhekk, skont l-Artikolu 123(3) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, se titressaq lid-destinatarji u tiġi ppubblikata fit-Testi Adottati tas-seduta ta' 18 ta' Mejju 2010, waqt li l-ismijiet tal-firmatarji jiġu indikati fil-Minuti (ara l-Anness 1 tal-Minuti tad-data 18 ta' Mejju 2010).