José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, f'isem il-Grupp PPE, ippropona l-emenda orali li ġejja għall-paragrafu 5:
"5. Jilqa’ b’sodisfazzjon, f’dan ir-rigward, it-tħabbira tal-gvern proviżorju li se jagħmel referendum dwar il-kostituzzjoni l-ġdida fis-27 ta’ Ġunju 2010 u elezzjonijiet ġenerali ġodda fl-10 ta’ Ottubru 2010 biex issaħħu d-demokrazija u r-responsabbiltà politika; jistieden lill-gvern proviżorju sabiex jirrispetta l-obbligi internazzjonali tal-Kirgiżistan u sabiex jiżgura li l-elezzjonijiet ikunu liberi u ġusti; "
Paolo Bartolozzi, f'isem il-Grupp PPE, ressaq l-emenda orali li ġejja li għandha tiddaħħal wara l-paragrafu 13:
"13a. Jistieden lill-Kummissjoni, wara li jittieħed kont tas-sitwazzjoni attwali, biex tikkontrolla jekk hux meħtieġ li tintbagħat għajnuna umanitarja urġenti;"
7. Il-mobilizzazzjoni tat-Teknoloġiji tal-Informatika u l-Komunikazzjoni biex tiġi ffaċilitata t-transizzjoni għal ekonomija b'użu effiċjenti tal-enerġija u b'livell baxx ta' karbonju
Charles Tannock (Grupp ECR) ukoll iffirma l-mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta.
Bastiaan Belder (Grupp EFD) ukoll iffirma l-mozzjoni għal riżoluzzjoni B7-0254/2010.
Nicole Kiil-Nielsen, f'isem il-Grupp Verts/ALE, ressqet l-emenda orali li ġejja li għandha tiddaħħal wara l-paragrafu 5:
"6. Jistieden lill-awtoritajiet Niġerjani biex jwaqqfu l-aġir riċenti ta' xi gvernaturi tal-istat Niġerjan, li eżegwew il-piena tal-mewt fuq priġunieri soġġetti għaliha biex inaqqsu r-rassa fil-ħabs, billi dan jikkostitwixxi vjolazjoni ċara tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-gvernaturi tal-istat biex jirrestrinġu ruħhom u jkomplu l-moratorju de facto; ifakkar li l-użu tal-piena tal-mewt jmur kontra l-impenn Niġerjan fil-livell internazzjonali;"
Filip Kaczmarek, f'isem il-Grupp PPE, ressaq l-emenda orali li ġejja għall-§ 7 tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta:
"8. Iħeġġeġ lill-UE biex tkompli d-djalogu politiku tagħha man-Niġerja skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim rivedut ta' Cotonou, u f'dak il-kuntest biex tindirizza kwistjonijiet relatati mal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon jew tat-twemmin, kif jinsabu mnaqqxa fi strumenti universali, reġjonali u nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; "