Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva 86/613/KEE [17279/3/2009 - C7-0075/2010- 2008/0192(COD)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Astrid Lulling (A7-0146/2010)
Astrid Lulling ippreżentat ir-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.
Tkellmu: Anna Záborská f'isem il-Grupp PPE, Rovana Plumb f'isem il-Grupp S&D, Antonyia Parvanova f'isem il-Grupp ALDE, Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marina Yannakoudakis f'isem il-Grupp ECR, Eva-Britt Svensson f'isem il-Grupp GUE/NGL, Mara Bizzotto f'isem il-Grupp EFD, Christa Klaß, Britta Thomsen, Riikka Manner, Ilda Figueiredo, Pascale Gruny, Edite Estrela, Lena Kolarska-Bobińska, Iratxe García Pérez, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Marc Tarabella, Zuzana Roithová u Antigoni Papadopoulou.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Franz Obermayr, Angelika Werthmann u Paul Rübig.