Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 20 ta' Mejju 2010 - Strasburgu

6. Aġenda
CRE

Il-President, wara l-laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti li saret dalgħodu, ippropona li l-votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa b'konklużjoni tad-dibattitu dwar l-Istrateġija Ewropa 2020 tiġi posposta għas-sessjoni parzjali li jmiss, skont l-Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura (punt 19 tal- Minuti ta' 5.5.2010).

Tkellmu: Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE, favur il-proposta, u Martin Schulz f'isem il-Grupp S&D, u bi qbil mal-Gruppi Verts/ALE u GUE/NGL, kontra l-proposta. Iż-żewġ kelliema wrew ukoll il-qbil tagħhom mad-Dikjarazzjoni tal-President dwar l-għargħar fl-Ewropa Ċentrali.

Permezz ta' VE (342 favur, 270 kontra, 9 astensjonijiet), il-Parlament approva l-proposta.

°
° ° °

Tkellem Jan Březina dwar id-Dikjarazzjoni tal-President.

Avviż legali - Politika tal-privatezza