Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 14 ta' Ġunju 2010 - Strasburgu

4. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit kkomunikaw l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew ta' Keith Taylor, minflok Caroline Lucas, b'effett mit-2 ta' Ġunju 2010.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Ungerija kkomunikaw l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew ta':

- Ildikó Gáll-Pelcz, minflok Pál Schmitt, b'effett mit-2 ta' Ġunju 2010;
- Béla Kovács, minflok Zoltán Balczó, b'effett mill-31 ta' Mejju 2010.

Il-Parlament ħa nota, skont l-Artikolu 4 (1) tar-Regoli ta' Proċedura.

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe tilwima, Keith Taylor, Ildikó Gáll-Pelcz u Béla Kovács jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel jidħlu fil-kariga fil-Parlament ikunu għamlu dikjarazzjoni bil-miktub li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza