Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 14 ta' Ġunju 2010 - Strasburgu

12. Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)

Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri

1) mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura):

- (O-0032/2010), imressqa minn Doris Pack, f'isem il-Kumitat CULT, lill-Kummissjoni: Sport, speċifikament dwar l-aġenti tal-plejers (B7-0308/2010);

- (O-0051/2010) imressqa minn Nikolaos Chountis u Jürgen Klute f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kummissjoni: Aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (B7-0302/2010),

- (O-0056/2010) imressqa minn Gabriele Albertini, f'isem il-Kumitat AFET et Vital Moreira, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kunsill: L-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1236/2005 (B7-0303/2010),

- (O-0057/2010) imressqa minn Gabriele Albertini, f'isem il-Kumitat AFET et Vital Moreira, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: L-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1236/2005 (B7-0304/2010),

- (O-0059/2010) imressqa minn Zita Gurmai u Britta Thomsen f'isem il-Grupp S&D, Ilda Figueiredo u Eva-Britt Svensson f'isem il-Grupp GUE/NGL, Antonyia Parvanova f'isem il-Grupp ALDE, Marije Cornelissen f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kummissjoni: Karta għad-Drittijiet tan-Nisa - segwitu (B7-0305/2010),

- (O-0063/2010) imressqa minn Klaus-Heiner Lehne, f'isem il-Kumitat JURI, lill-Kummissjoni: It-taħriġ ġudizzjarju - Il-Pjan ta' Azzjoni ta' Stokkolma (B7-0306/2010);

- (O-0072/2010), imressqa minn Udo Bullmann f'isem il-Grupp S&D, lill-Kummissjoni: Aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (B7-0309/2010);

- (O-0074/2010), imressqa minn Reimer Böge, f'isem il-Kumitat BUDG, lill-Kunsill: Ir-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013 (B7-0310/2010)

- (O-0075/2010), imressqa minn Reimer Böge, f'isem il-Kumitat BUDG, lill-Kummissjoni: Ir-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013 (B7-0311/2010);

- (O-0077/2010), imressqa minn Jean-Paul Gauzès f'isem il-Grupp PPE, lill-Kummissjoni: L-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (B7-0312/2010);

- (O-0078/2010), imressqa minn Sylvie Goulard f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: L-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (B7-0313/2010);

- (O-0080/2010), imressqa minn Othmar Karas u Sharon Bowles, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: Il-kwalità tad-data statistika fl-Unjoni u s-setgħat imsaħħa ta' verifika mill-Kummissjoni (Eurostat) (B7-0314/2010).

2) dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura) :

- Nick Griffin u Andrew Henry William Brons, dwar il-preokkupazzjonijiet marbutin mal-esproprjazzjoni u d-demolizzjoni ta' beni immobbli bis-saħħa tal-liġi Spanjola dwar xatt il-baħar (0045/2010),

-Kyriacos Triantaphyllides, Satu Hassi u Kriton Arsenis, dwar il-kiroprattika (0046/2010),

- Giancarlo Scottà u Sergio Paolo Francesco Silvestris, dwar it-twaqqif tal-Jum Ewropew tal-ġelat artiġjanali (0047/2010),

- Rovana Plumb, Vasilica Viorica Dăncilă, Corina Creţu, Daciana Octavia Sârbu u Silvia-Adriana Ţicău, dwar il-kundizzjonijiet ta' ħajja tal-familji b'ġenitur wieħed fi ħdan l-Istati Membri tal-Unjoni matul il-kriżi ekonomika (0048/2010),

- Rosario Crocetta, dwar l-ilma għax-xorb kwantu dritt fundamentali (0049/2010),

- Aldo Patriciello u Alfredo Pallone, dwar il-marda Creutzfeld-Jakob (0050/2010),

- Aldo Patriciello u Alfredo Pallone, dwar it-twaqqif tal-Jum Ewropew tar-riċerka medika (0051/2010),

- Alfredo Pallone u Aldo Patriciello dwar il-ħolqien tal-Jum Ewropew tal-kommemorazzjoni tal-ħaddiema li mietu fuq il-post tax-xogħol (0052/2010),

- Marietje Schaake, Lena Kolarska-Bobińska, Ana Gomes, Barbara Lochbihler u Fiorello Provera, dwar il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran wara l-elezzjonijiet presidenzjali ta' Ġunju 2009 (0053/2010),

- Leonidas Donskis, Arturs Krišjānis Kariņš u Inese Vaidere, dwar il-proġett tal-bini ta' ċentrali nukleari fir-reġjun Hrodna (Belarus) (0054/2010),

- Tanja Fajon, Jean-Marie Cavada, Jorgo Chatzimarkakis, Patrick Le Hyaric u Ioan Enciu, dwar il-finanzjament tas-settur tal-mezzi tax-xandir – il-protezzjoni tad-dritt għall-informazzjoni u l-libertà tal-espressjoni (0055/2010),

- Vasilica Viorica Dăncilă, George Becali, Maria do Céu Patrão Neves u Martin Häusling, dwar l-isforzi magħmulin mill-Unjoni fit-taqbida kontra d-deforestazzjoni (0056/2010),

- Mario Borghezio, dwar id-deklassifikazzjoni tad-dokumenti dwar il-fenomeni ajruspazjali mhux-identifikati (0057/2010).

Avviż legali - Politika tal-privatezza