Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 15 ta' Ġunju 2010 - Strasburgu

7.1. Elezzjoni ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew (votazzjoni)
CRE

Il-President ħabbar li rċieva mill-Grupp PPE il-kandidatura ta' László Tőkés.

Billi László Tőkés kien l-uniku kandidat, il-President ippropona lill-Assemblea li tipproċedi bl-elezzjoni b'akklamazzjoni, skont it-termini tal-Artikolu 13 (1) tar-Regoli ta' Proċedura.

Tkellmu: Corneliu Vadim Tudor, li fisser ir-riżervi tiegħu dwar din il-kandidatura, u Hannes Swoboda, li ppropona li l-kandidat jagħmel dikjarazzjoni.

László Tőkés għamel dikjarazzjoni qasira.

Il-President, hu u jikkonstata r-riżerva magħmula minn Corneliu Vadim Tudor, iddeċieda li jgħaddi għal votazzjoni elettronika.

Tkellmu: dwar l-aspetti tekniċi tal-iskrutinju Marc Tarabella u Martin Schulz.

Il-President fakkar il-mod ta' kif isir l-għadd tal-voti.

Tkellmu: Georgios Toussas, li talab li l-voti “kontra” u l-“astensjonijiet” jiġu klassifikati separatament, Robert Atkins, li assoċja ruħu ma' din il-proposta, u Hans-Peter Martin dwar il-funzjonament tal-magna tiegħu tal-votazzjoni.

Tkellmet Dagmar Roth-Behrendt, li fakkret fil-modalità għall-elezzjoni tal-Viċi President u ppreċiżat li jekk jinqala' l-każ, huma biss il-għadd ta' voti “favur” li huwa deċiżiv.

Saret il-votazzjoni.

Għal VE (621 deputat ivvutaw, 334 vot favur, 287 karta tal-vot inbjank), il-Parlament eleġġa lil László Tőkés (l-elenku tal-votanti huwa anness mal-minuti preżenti).

Il-President pproklama lil László Tőkés Viċi President tal-Parlament Ewropew, u feraħlu għal din l-elezzjoni. Skont it-termini tal-Artikolu 18 (1) tar-Regoli ta' Proċedura, jieħu fl-ordni ta' preċedenza, il-post tal-viċi president uxxenti, jiġifieri l-ħdax-il wieħed.

Tkellem Stavros Lambrinidis dwar il-għadd tal-voti “kontra” u “astensjoni” (Il-President stieden lid-deputati jfissrulu personalment ir-riżervi tagħhom).

PRESIDENZA: Edward McMILLAN-SCOTT
Viċi President

Tkellmu: Hannes Swoboda u Robert Atkins dwar it-tmexxija tal-votazzjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza