Proposta għal deċiżjoni mressqa skont it-termini tal-Artikolu 198 tar-Regoli ta' Proċedura mill-Konferenza tal-Presidenti, dwar it-twaqqif u l-għadd tal-membri tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-UE (B7-0341/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 15)
Hu u jirritorna fuq l-elezzjoni tal-Viċi President, il-President speċifika l-modalità tal-għadd tal-voti u kkonferma l-elezzjoni ta' László Tőkés.
Tkellmu: dwar din il-kwestjoni Stavros Lambrinidis, Robert Goebbels, Adrian Severin, Joanna Senyszyn, Nicole Sinclaire, Bruno Gollnisch, Mário David, Matthias Groote, Pat the Cope Gallagher, Toine Manders, Alexandra Thein u Vasilica Viorica Dăncilă.