13. Titoli li jiġu offruti lill-pubbliku u l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza (emenda tad-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE) ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat [COM(2009)0491 - C7-0170/2009- 2009/0132(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Wolf Klinz (A7-0102/2010)
Wolf Klinz ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellem Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Diogo Feio f'isem il-Grupp PPE, Catherine Stihler f'isem il-Grupp S&D, Olle Schmidt f'isem il-Grupp ALDE, Vicky Ford f'isem il-Grupp ECR, u José Manuel García-Margallo y Marfil.
PRESIDENZA: Rodi KRATSA-TSAGAROPOULOU Viċi President
Tkellmu: George Sabin Cutaş, David Casa u Sari Essayah.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, Franz Obermayr u Angelika Werthmann.