Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 15 ta' Ġunju 2010 - Strasburgu

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 18.55 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 19.05.)

PRESIDENZA: Edward McMILLAN-SCOTT
Viċi President

15. Ħin għall-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kummissjoni)
Rapporti Verbatim

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B7-0307/2010).

Mistoqsija 20 (Laima Liucija Andrikienė): It-tmexxija u r-riżultati tal-elezzjonijiet lokali fil-Belarus.

Štefan Füle (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplementari ta' Laima Liucija Andrikienė u Janusz Władysław Zemke.

Mistoqsija 18 (Rodi Kratsa-Tsagaropoulou): L-effetti tal-aġġustamenti baġitarji fuq il-kredibilità tal-unita unika Ewropea.

Olli Rehn (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplementari ta' Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Nikolaos Chountis u Justas Vincas Paleckis.

Mistoqsija 19 (Mairead McGuinness): Fondi strutturali tal-UE – finanzjament tal-esklużjoni.

Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplementari ta' Seán Kelly, Ádám Kósa u Nikolaos Chountis.

Mistoqsija 21 (Chris Davies): Twettiq tal-objettivi ambjentali tal-Unjoni Ewropea.

Janez Potočnik (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għal mistoqsija supplementari ta' Chris Davies.

Mistoqsija 22 (Dan Jørgensen): Kif nittrattaw taħlitiet li fihom l-EDC.

Mistoqsija 23 (Fiona Hall): Azzjoni tal-UE dwar kimiki li jħarbtu s-sistema endokrinali.

Janez Potočnik wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplementari ta' Dan Jørgensen, Fiona Hall u Lena Ek.

Mistoqsija 24 (Seán Kelly): Implimentazzjoni tad-direttiva dwar il-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-għargħar.

Janez Potočnik wieġeb għall-Mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplementari ta' Seán Kelly, Gay Mitchell, Silvia-Adriana Ţicău u Jim Higgins.

Mistoqsija 25 (Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė): Reviżjoni tad-direttiva EIE (85/337/CEE).

Janez Potočnik wieġeb il-mistoqsija kif ukoll mistoqsija supplementari ta' Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė.

Intervjenew Marian Harkin, Sarah Ludford, Malcolm Harbour, Georgios Papastamkos u Bernd Posselt dwar il-progress fil-ħin għall-mistoqsijiet.

Mistoqsija 27 (Kathleen Van Brempt): Direttivi "Għasafar" u "Ħabitats".

Janez Potočnik wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għal mistoqsija supplementari ta' Kathleen Van Brempt.

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin għall-mistoqsijiet riżervat għall-Kummissjoni ntemm.

Avviż legali - Politika tal-privatezza