2. Dibattitu dwar każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt (tħabbir tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
Il-Membri jew il-gruppi politiċi li ġejjin talbu li jiġi organizzat dibattitu ta' dan it-tip, skont l-Artikolu 122 tar-Regoli ta' Proċedura, dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:
I. Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo: il-każ ta' Floribert Chebeya Bahizire
- Véronique De Keyser, Thijs Berman, Ana Gomes, Miguel Angel Martínez Martínez u Richard Howitt f'isem il-Grupp S&D, dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo: il-każ ta' Floribert Chebeya Bahizire(B7-0376/2010);
- Isabelle Durant, Heidi Hautala, Raül Romeva i Rueda, Bart Staes, Malika Benarab-Attou, Michail Tremopoulos, Barbara Lochbihler u Nicole Kiil-Nielsen f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar l-assassinju ta' Floribert Chebeya fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (B7-0377/2010);
- Filip Kaczmarek, Cristian Dan Preda, Thomas Mann, Tunne Kelam, Sari Essayah, Martin Kastler, Eija-Riitta Korhola, Monica Luisa Macovei, Laima Liucija Andrikienė u Elena Băsescu f'isem il-Grupp PPE, dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo: il-każ ta' Floribert Chebeya Bahizire (B7-0378/2010);
- Marie-Christine Vergiat u Rui Tavares f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo: il-każ ta' Floribert Chebeya Bahizire (B7-0380/2010);
- Michał Tomasz Kamiński, Charles Tannock, Tomasz Piotr Poręba, Adam Bielan u Ryszard Antoni Legutko f'isem il-Grupp ECR, dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo: il-każ ta' Floribert Chebeya Bahizire (B7-0381/2010);
- Sonia Alfano, Frédérique Ries u Ramon Tremosa i Balcells f'isem il-Grupp ALDE, dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo: il-każ ta' Floribert Chebeya Bahizire (B7-0382/2010).
II. In-Nepal
- Véronique De Keyser u Rovana Plumb f'isem il-Grupp S&D, dwar in-Nepal (B7-0383/2010);
- Michał Tomasz Kamiński, Charles Tannock, Tomasz Piotr Poręba, Adam Bielan u Ryszard Antoni Legutko f'isem il-Grupp ECR, dwar in-Nepal (B7-0384/2010);
- Jean Lambert, Heidi Hautala, Barbara Lochbihler u Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar in-Nepal (B7-0387/2010);
- Thomas Mann, Filip Kaczmarek, Cristian Dan Preda, Monica Luisa Macovei, Tunne Kelam, Sari Essayah, Eija-Riitta Korhola u Elena Băsescu f'isem il-Grupp PPE, dwar in-Nepal (B7-0388/2010);
- Marie-Christine Vergiat, Helmut Scholz u Rui Tavares f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar in-Nepal (B7-0390/2010);
- Niccolò Rinaldi, Marietje Schaake, Ramon Tremosa i Balcells u Kristiina Ojuland f'isem il-Grupp ALDE, dwar in-Nepal (B7-0397/2010).
III. Eżekuzzjonijiet fil-Libja
- Véronique De Keyser u Sylvie Guillaume f'isem il-Grupp S&D, dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (B7-0391/2010);
- Michał Tomasz Kamiński, Charles Tannock, Tomasz Piotr Poręba, Adam Bielan u Ryszard Antoni Legutko f'isem il-Grupp ECR, dwar l-eżekuzzjonijiet fil-Libja B7-0392/2010);
- Hélène Flautre, Malika Benarab-Attou, Barbara Lochbihler, Judith Sargentini u Nicole Kiil-Nielsen f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar l-eżekuzzjoni ta' 18-il persuna fil-Libja u l-għeluq tal-UNHCR fi Tripli (B7-0393/2010);
- Marie-Christine Vergiat, Marisa Matias, Helmut Scholz, Cornelia Ernst u Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar l-eżekuzzjonijiet fil-Libja (B7-0394/2010);
- Filip Kaczmarek, Cristian Dan Preda, Thomas Mann, Tunne Kelam, Martin Kastler, Sari Essayah, Eija-Riitta Korhola, Laima Liucija Andrikienė, Dominique Vlasto u Bogusław Sonik f'isem il-Grupp PPE, dwar l-eżekuzzjonijiet fil-Libja (B7-0395/2010);
- Marietje Schaake, Frédérique Ries, Ramon Tremosa i Balcells, Sonia Alfano, Marielle De Sarnez u Kristiina Ojuland f'isem il-Grupp ALDE, dwar l-eżekuzzjonijiet fil-Libja (B7-0396/2010).
Il-ħin għad-diskorsi se jiġi allokat skont l-Artikolu 149 tar-Regoli tal-Proċedura.
3. Dokumenti mressqa
Tressqu dawn id-dokumenti li ġejjin mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (05190/2010 - C7-0126/2010 - 2009/0155(NLE))
irreferut
responsabbli :
INTA
opinjoni :
AFET, ITRE
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali fil-Mediterran għall-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (09132/2010 - C7-0128/2010 - 2010/0016(NLE))
irreferut
responsabbli :
ENVI
opinjoni :
PECH, TRAN, REGI
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti (COM(2010)0249 - C7-0129/2010 - 2010/0133(COD))
irreferut
responsabbli :
AGRI
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 16/2010 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0023/2010 - C7-0130/2010 - 2010/2081(GBD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta' Jannar 2011 (COM(2010)0239 - C7-0131/2010 - 2010/0135(NLE))
irreferut
responsabbli :
ECON
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 17/2010 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0024/2010 - C7-0132/2010 - 2010/2082(GBD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 18/2010 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0025/2010 - C7-0133/2010 - 2010/2083(GBD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (COM(2010)0256 - C7-0134/2010 - 2010/0137(COD))
irreferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
AFET
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 (COM(2010)0142 - C7-0135/2010 - 2010/0140(COD))
irreferut
responsabbli :
INTA
opinjoni :
DEVE
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea minn Greenland ta' prodotti tas-sajd, ta’ molluski bivalvi ħajjin ta’ ekinodermi, ta’ tunikati, ta’ gasteropodi u tal-prodotti sekondarji tagħhom (COM(2010)0176 - C7-0136/2010 - 2010/0097(CNS))
irreferut
responsabbli :
PECH
opinjoni :
ENVI
- Proposta għal regolament tal-Kunsill (EURATOM) li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (COM(2010)0184 - C7-0137/2010 - 2010/0098(CNS))
irreferut
responsabbli :
ITRE
opinjoni :
JURI
- Proposta għal regolament (KE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Armi tan-Nar u jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, l-importazzjoni u miżuri ta' transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-munizzjon (COM(2010)0273 - C7-0138/2010 - 2010/0147(COD))
irreferut
responsabbli :
INTA
opinjoni :
AFET, LIBE, IMCO
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru663/2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja għall-proġetti fil-qasam tal-enerġija (COM(2010)0283 - C7-0139/2010 - 2010/0150(COD))
irreferut
responsabbli :
ITRE
opinjoni :
BUDG, REGI
Skont l-Artikolu 124(1) u l-Artikolu 125(1), tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit tal-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-asil magħmula fi Stat Membru jew fl-Isvizzera (06242/2010 - C7-0140/2010 - 2006/0252(NLE))
irreferut
responsabbli :
LIBE
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat b'mod partikolari mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija (06077/2010 - C7-0141/2010 - 2006/0251(NLE))
irreferut
responsabbli :
LIBE
- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova (COM(2010)0302 - C7-0144/2010 - 2010/0162(COD))
irreferut
responsabbli :
INTA
opinjoni :
AFET, BUDG
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (09898/2010 - C7-0145/2010 - 2010/0066(NLE))
irreferut
responsabbli :
JURI
opinjoni :
FEMM, LIBE
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela u ta' Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (07782/2010 - C7-0148/2010 - 2010/0057(NLE))
irreferut
responsabbli :
INTA
opinjoni :
DEVE, AGRI
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 23/2010 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0027/2010 - C7-0152/2010 - 2010/2090(GBD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali 2010: Pożizzjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Ġunju 2010 (10930/2010 - C7-0153/2010 - 2010/2056(BUD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
4. L-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/15/KE dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq [COM(2008)0650 - C6-0354/2008- 2008/0195(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Edit Bauer (A7-0137/2010)
Edit Bauer ippreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellem Siim Kallas (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Pervenche Berès, li fisser fehmtu dwar il-kodiċi ta' mġiba fil-każ ta' kodeċiżjoni, Thomas Mann f'isem il-Grupp PPE, Stephen Hughes f'isem il-Grupp S&D, Marian Harkin f'isem il-Grupp ALDE, Emilie Turunen f'isem il-Grupp Verts/ALE, Peter van Dalen f'isem il-Grupp ECR, Ilda Figueiredo f'isem il-Grupp GUE/NGL, Mara Bizzotto f'isem il-Grupp EFD, Elisabeth Morin-Chartier, Alejandro Cercas, Gesine Meissner, Eva Lichtenberger, Julie Girling, Thomas Händel, Derek Roland Clark, Veronica Lope Fontagné, Pervenche Berès, Dirk Sterckx, Timo Soini, Sari Essayah, Saïd El Khadraoui, Raffaele Baldassarre u David Casa.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Georges Bach, Proinsias De Rossa, Elisabeth Schroedter, Dieter-Lebrecht Koch, John Bufton, Jutta Steinruck, Andrzej Grzyb, Diane Dodds, Karin Kadenbach u Paul Rübig.
Tkellmu: Siim Kallas u Edit Bauer.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 8.10 tal-Minuti tas-16.6.2010.
5. Informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi ***I (dibattitu)
Report dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi [COM(2008)0040 - C6-0052/2008- 2008/0028(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Renate Sommer (A7-0109/2010)
Renate Sommer ippreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellem John Dalli (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Christel Schaldemose (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Marc Tarabella (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Peter Liese f'isem il-Grupp PPE, Glenis Willmott f'isem il-Grupp S&D, Gerben-Jan Gerbrandy f'isem il-Grupp ALDE, Carl Schlyter f'isem il-Grupp Verts/ALE, Struan Stevenson f'isem il-Grupp ECR, u Kartika Tamara Liotard f'isem il-Grupp GUE/NGL.
PRESIDENZA: Gianni PITTELLA Viċi President
Tkellmu: Giancarlo Scottà f'isem il-Grupp EFD, Csanád Szegedi, Membru mhux affiljat, Pilar Ayuso, Nessa Childers, Corinne Lepage, Satu Hassi, James Nicholson, Diane Dodds, Françoise Grossetête, Andres Perello Rodriguez, Chris Davies, Emma McClarkin, Bogusław Sonik, Karin Kadenbach, Jacek Olgierd Kurski, Paolo Bartolozzi, José Manuel Fernandes, Mairead McGuinness, Herbert Dorfmann u Richard Seeber.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Anja Weisgerber, Csaba Sándor Tabajdi, Giovanni La Via, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Anna Maria Corazza Bildt, Kriton Arsenis, Franz Obermayr, Christa Klaß, Edite Estrela, Oreste Rossi, Rareş-Lucian Niculescu, Jaroslav Paška, Gilles Pargneaux u Miroslav Mikolášik.
Tkellem John Dalli.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 8.11 tal-Minuti tas-16.6.2010.
6. Il-kwalità tad-data statistika fl-Unjoni u s-setgħat imsaħħa ta' verifika mill-Kummissjoni (Eurostat) (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0080/2010) imressqa minn Othmar Karas u Sharon Bowles, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: Il-kwalità tad-data statistika fl-Unjoni u s-setgħat imsaħħa ta' verifika mill-Kummissjoni (Eurostat) (B7-0314/2010)
Othmar Karas u Sharon Bowles għamlu l-mistoqsija bi tweġiba orali.
Olli Rehn (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija bi tweġiba orali
Tkellmu: Edward Scicluna f'isem il-Grupp S&D, Sylvie Goulard f'isem il-Grupp ALDE, Franz Obermayr, Membru mhux affiljat, Anni Podimata, Dimitar Stoyanov u Olle Ludvigsson.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Andreas Mölzer u Liisa Jaakonsaari.
Tkellem Olli Rehn.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fi tmiem id-dibattitu, skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
- Sharon Bowles u Othmar Karas, f'isem il-Kumitat ECON, dwar il-kwalità tad-data statistika fl-Unjoni u s-setgħat imsaħħa ta' verifika mill-Kummissjoni (Eurostat) (B7-0375/2010).
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.5 tal-Minuti tas-17.6.2010.
PRESIDENZA: Jerzy BUZEK President
7. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
7.1. Elezzjoni ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew (votazzjoni)
Il-President ħabbar li rċieva mill-Grupp PPE il-kandidatura ta' László Tőkés.
Billi László Tőkés kien l-uniku kandidat, il-President ippropona lill-Assemblea li tipproċedi bl-elezzjoni b'akklamazzjoni, skont it-termini tal-Artikolu 13 (1) tar-Regoli ta' Proċedura.
Tkellmu: Corneliu Vadim Tudor, li fisser ir-riżervi tiegħu dwar din il-kandidatura, u Hannes Swoboda, li ppropona li l-kandidat jagħmel dikjarazzjoni.
László Tőkés għamel dikjarazzjoni qasira.
Il-President, hu u jikkonstata r-riżerva magħmula minn Corneliu Vadim Tudor, iddeċieda li jgħaddi għal votazzjoni elettronika.
Tkellmu: dwar l-aspetti tekniċi tal-iskrutinju Marc Tarabella u Martin Schulz.
Il-President fakkar il-mod ta' kif isir l-għadd tal-voti.
Tkellmu: Georgios Toussas, li talab li l-voti “kontra” u l-“astensjonijiet” jiġu klassifikati separatament, Robert Atkins, li assoċja ruħu ma' din il-proposta, u Hans-Peter Martin dwar il-funzjonament tal-magna tiegħu tal-votazzjoni.
Tkellmet Dagmar Roth-Behrendt, li fakkret fil-modalità għall-elezzjoni tal-Viċi President u ppreċiżat li jekk jinqala' l-każ, huma biss il-għadd ta' voti “favur” li huwa deċiżiv.
Saret il-votazzjoni.
Għal VE (621 deputat ivvutaw, 334 vot favur, 287 karta tal-vot inbjank), il-Parlament eleġġa lil László Tőkés (l-elenku tal-votanti huwa anness mal-minuti preżenti).
Il-President pproklama lil László Tőkés Viċi President tal-Parlament Ewropew, u feraħlu għal din l-elezzjoni. Skont it-termini tal-Artikolu 18 (1) tar-Regoli ta' Proċedura, jieħu fl-ordni ta' preċedenza, il-post tal-viċi president uxxenti, jiġifieri l-ħdax-il wieħed.
Tkellem Stavros Lambrinidis dwar il-għadd tal-voti “kontra” u “astensjoni” (Il-President stieden lid-deputati jfissrulu personalment ir-riżervi tagħhom).
PRESIDENZA: Edward McMILLAN-SCOTT Viċi President
Tkellmu: Hannes Swoboda u Robert Atkins dwar it-tmexxija tal-votazzjoni.
7.2. Il-Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: ES/Comunidad Valenciana (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda [COM(2010)0216 - C7-0115/2010- 2010/2066(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Barbara Matera (A7-0180/2010)
7.3. Il-Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Irlanda/Waterford Crystal (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda [COM(2010)0196 - C7-0116/2010- 2010/2067(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Barbara Matera (A7-0181/2010)
7.4. Il-Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: ES/Castilla-La Mancha (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba [COM(2010)0205 - C7-0117/2010- 2010/2068(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Barbara Matera (A7-0179/2010)
7.5. Il-Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba [COM(2010)0182 - C7-0099/2010- 2010/2060(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Barbara Matera (A7-0178/2010)
7.6. It-trasparenza fil-politika reġjonali u l-finanzjament tagħha (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar it-trasparenza fil-politika reġjonali u l-finanzjament tagħha [2009/2232(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Michail Tremopoulos (A7-0139/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Michail Tremopoulos (rapporteur) għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 138(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
7.7. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010) ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandu x’jaqsam mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010) [COM(2010)0012 - C7-0024/2010- 2010/0004(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Seán Kelly (A7-0190/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Seán Kelly (rapporteur) għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 138(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
Francesco Enrico Speroni dwar il-għadd tal-voti konċernanti l-elezzjoni tal-Viċi President.
7.8. Netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv [11069/5/2009 - C7-0043/2010- 2008/0247(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Marian-Jean Marinescu (A7-0162/2010)
(Maġġoranza kwalifikata) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
7.9. L-Adattament tar-Regoli ta' Proċedura għat-Trattat ta' Lisbona (votazzjoni)
Rapport dwar l-adattament tar-Regoli ta' Proċedura għat-Trattat ta' Liżbona [2009/2062(REG)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: David Martin (A7-0043/2009)
(Maġġoranza kwalifikata rikjesti għall-emendi) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8) (L-ewwel parti tar-rapport saret votazzjoni fuqu fil-25 ta' Novembru 2009 (ara punt 7.4 tal- Minuti ta' 25.11.2009)
Il-karigi l-ġodda jidħlu fis-seħħ mill-ewwel ġurnata tas-sessjoni li jmiss.
Interventi
- Qabel il-vot, Bruno Gollnisch dwar id-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-rappreżentanza tad-deputati mhux affiljati fil-Konferenza tal-Presidenti;
- Wara l-votazzjoni, David Martin (rapporteur), ħalli jsiru l-adattamenti tekniċi.
7.10. Il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2011 (votazzjoni)
Rapport dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2011 [2010/2002(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Sidonia Elżbieta Jędrzejewska (A7-0183/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)
7.11. Is-Swieq tad-Derivati: Azzjonijiet futuri ta' politika (votazzjoni)
Rapport dwar swieq tad-derivati: azzjonijiet futuri ta’ politika [2010/2008(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Werner Langen (A7-0187/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)
Rapport dwar l-Internet tal-Oġġetti [2009/2224(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Maria Badia i Cutchet (A7-0154/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 11)
7.13. Il-Governanza tal-Internet: il-passi li jmiss (votazzjoni)
Rapport dwar il-governanza tal-internet: il-passi li jmiss [2009/2229(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Francisco Sosa Wagner (A7-0185/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 12)
7.14. Il-politika Komunitarja dwar l-innovazzjoni f'dinja li qed tinbidel (votazzjoni)
Rapport dwar il-politika Komunitarja dwar l-innovazzjoni f'dinja li qed tinbidel [2009/2227(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Hermann Winkler (A7-0143/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 13)
7.15. Il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju: reviżjoni ta’ nofs it-terminu bi preparazzjoni għal-laqgħa ta’ livell għoli tan-NU f’Settembru 2010 (votazzjoni)
Rapport dwar il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju: reviżjoni ta’ nofs it-terminu bi preparazzjoni għal-laqgħa ta’ livell għoli tan-NU f’Settembru 2010 [2010/2037(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Michael Cashman (A7-0165/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 14)
7.16. Proposta għal deċiżjoni dwar it-twaqqif u s-saħħa numerika tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-KE (votazzjoni)
Proposta għal deċiżjoni mressqa skont it-termini tal-Artikolu 198 tar-Regoli ta' Proċedura mill-Konferenza tal-Presidenti, dwar it-twaqqif u l-għadd tal-membri tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-UE (B7-0341/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 15)
Hu u jirritorna fuq l-elezzjoni tal-Viċi President, il-President speċifika l-modalità tal-għadd tal-voti u kkonferma l-elezzjoni ta' László Tőkés.
Tkellmu: dwar din il-kwestjoni Stavros Lambrinidis, Robert Goebbels, Adrian Severin, Joanna Senyszyn, Nicole Sinclaire, Bruno Gollnisch, Mário David, Matthias Groote, Pat the Cope Gallagher, Toine Manders, Alexandra Thein u Vasilica Viorica Dăncilă.
8. Spjegazzjonijiet tal-vot
Spjegazzjonijiet bil-miktub tal-vot:
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 170 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.
9. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fis-sit "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa tal-anqas ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
° ° ° °
Norica Nicolai għarrfet li l-post tal-votazzjoni tagħha ma kienx ħadem waqt l-elezzjoni ta' viċi president.
Anja Weisgerber għarrfet li l-post tal-votazzjoni tagħha ma kienx ħadem fit-tliet votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet dwar ir-Rapport Michael Cashman - A7-0165/2010.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.50. Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.05)
PRESIDENZA: Jerzy BUZEK President
10. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.
11. Ħin għall-mistoqsijiet lill-President tal-Kummissjoni
11.1. Ħin liberu għall-mistoqsijiet
Tkellmu: sabiex jagħmlu mistoqsijiet u mistoqsijiet supplimentari lil José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni), li weġibhom: Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Martin Schulz f'isem il-Grupp S&D, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Niki Tzavela f'isem il-Grupp EFD, u Diane Dodds Membru mhux affiljata.
11.2. Grupp ta' ħidma dwar il-governanza Ewropea
Tkellmu: skont il-proċedura "catch the eye" sabiex jagħmlu mistoqsijiet lil José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) li weġibhom: Corien Wortmann-Kool, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Sergio Gaetano Cofferati, Syed Kamall, Enikő Győri, Franz Obermayr, Juan Fernando López Aguilar, Petru Constantin Luhan, Ilda Figueiredo, John Bufton u Georgios Papanikolaou.
Il-ħin tal-mistoqsijiet lill-President tal-Kummissjoni ntemm.
12. Aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0051/2010) imressqa minn Nikolaos Chountis u Jürgen Klute f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kummissjoni: Aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (B7-0302/2010)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0072/2010) imressqa minn Udo Bullmann f'isem il-Grupp S&D; lill-Kummissjoni: Aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (B7-0309/2010)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0077/2010) imressqa minn Jean-Paul Gauzès f'isem il-Grupp PPE, lill-Kummissjoni: L-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (B7-0312/2010)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0078/2010) imressqa minn Sylvie Goulard f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: L-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (B7-0313/2010)
Nikolaos Chountis, Gianni Pittella u Jean-Paul Gauzès għamlu l-mistoqsijiet bi tweġiba orali
PRESIDENZA: Libor ROUČEK Viċi President
Sylvie Goulard għamlet il-mistoqsija bi tweġiba orali B7-0313/2010.
Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsijiet.
Tkellmu: Antolín Sánchez Presedo f'isem il-Grupp S&D, Sharon Bowles f'isem il-Grupp ALDE, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kay Swinburne f'isem il-Grupp ECR, Jürgen Klute f'isem il-Grupp GUE/NGL, Godfrey Bloom f'isem il-Grupp EFD, Marine Le Pen Membru mhux affiljata, Edward Scicluna, Wolf Klinz, Vicky Ford, Claudio Morganti, Anni Podimata u Juozas Imbrasas.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Othmar Karas, George Sabin Cutaş, Andreas Mölzer, Elena Băsescu, Ivo Strejček, Lara Comi u Georgios Papanikolaou.
Tkellem Michel Barnier.
Id-dibattitu ngħalaq.
13. Titoli li jiġu offruti lill-pubbliku u l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza (emenda tad-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE) ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat [COM(2009)0491 - C7-0170/2009- 2009/0132(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Wolf Klinz (A7-0102/2010)
Wolf Klinz ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellem Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Diogo Feio f'isem il-Grupp PPE, Catherine Stihler f'isem il-Grupp S&D, Olle Schmidt f'isem il-Grupp ALDE, Vicky Ford f'isem il-Grupp ECR, u José Manuel García-Margallo y Marfil.
PRESIDENZA: Rodi KRATSA-TSAGAROPOULOU Viċi President
Tkellmu: George Sabin Cutaş, David Casa u Sari Essayah.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, Franz Obermayr u Angelika Werthmann.
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0074/2010) mressqa minn Reimer Böge, f'isem il-Kumitat BUDG lill-Kunsill: Ir-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013 (B7-0310/2010)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0075/2010) mressqa minn Reimer Böge, f'isem il-Kumitat BUDG, lill-Kummissjoni: Ir-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013 (B7-0311/2010)
Reimer Böge għamel il-mistoqsijiet bi tweġiba orali.
Luis Espadas Moncalvillo (President tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija B7-0310/2010.
Janusz Lewandowski (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija B7-0311/2010.
Tkellmu: Franz Obermayr li ddeplora l-preżenza fl-emiċiklu tal-persuni li kienu qed jieħdu ritratt tad-deputati mingħajr ma kellhom l-awtorizzazzjoni (Il-President ħa nota tar-rimarki tal-kelliem), Marian-Jean Marinescu f'isem il-Grupp PPE, Eider Gardiazábal Rubial f'isem il-Grupp S&D, Anne E. Jensen f'isem il-Grupp ALDE, Helga Trüpel f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jacek Włosowicz f'isem il-Grupp ECR, Marta Andreasen f'isem il-Grupp EFD, Daniël van der Stoep Membru mhux affiljat, Salvador Garriga Polledo, Andrea Cozzolino, Martin Ehrenhauser, José Manuel Fernandes, Estelle Grelier, Lambert van Nistelrooij u Mairead McGuinness.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Giovanni La Via, Silvia-Adriana Ţicău, Edit Herczog u Seán Kelly.
Tkellmu: Luis Espadas Moncalvillo, Janusz Lewandowski u Reimer Böge.
Id-dibattitu ngħalaq.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 18.55 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 19.05.)
PRESIDENZA: Edward McMILLAN-SCOTT Viċi President
15. Ħin għall-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kummissjoni)
Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B7-0307/2010).
Mistoqsija 20 (Laima Liucija Andrikienė): It-tmexxija u r-riżultati tal-elezzjonijiet lokali fil-Belarus.
Štefan Füle (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplementari ta' Laima Liucija Andrikienė u Janusz Władysław Zemke.
Mistoqsija 18 (Rodi Kratsa-Tsagaropoulou): L-effetti tal-aġġustamenti baġitarji fuq il-kredibilità tal-unita unika Ewropea.
Olli Rehn (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplementari ta' Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Nikolaos Chountis u Justas Vincas Paleckis.
Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplementari ta' Seán Kelly, Ádám Kósa u Nikolaos Chountis.
Mistoqsija 21 (Chris Davies): Twettiq tal-objettivi ambjentali tal-Unjoni Ewropea.
Janez Potočnik (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għal mistoqsija supplementari ta' Chris Davies.
Mistoqsija 22 (Dan Jørgensen): Kif nittrattaw taħlitiet li fihom l-EDC.
Mistoqsija 23 (Fiona Hall): Azzjoni tal-UE dwar kimiki li jħarbtu s-sistema endokrinali.
Janez Potočnik wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplementari ta' Dan Jørgensen, Fiona Hall u Lena Ek.
Mistoqsija 24 (Seán Kelly): Implimentazzjoni tad-direttiva dwar il-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-għargħar.
Janez Potočnik wieġeb għall-Mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplementari ta' Seán Kelly, Gay Mitchell, Silvia-Adriana Ţicău u Jim Higgins.
Mistoqsija 25 (Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė): Reviżjoni tad-direttiva EIE (85/337/CEE).
Janez Potočnik wieġeb il-mistoqsija kif ukoll mistoqsija supplementari ta' Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė.
Intervjenew Marian Harkin, Sarah Ludford, Malcolm Harbour, Georgios Papastamkos u Bernd Posselt dwar il-progress fil-ħin għall-mistoqsijiet.
Mistoqsija 27 (Kathleen Van Brempt): Direttivi "Għasafar" u "Ħabitats".
Janez Potočnik wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għal mistoqsija supplementari ta' Kathleen Van Brempt.
Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)
Il-ħin għall-mistoqsijiet riżervat għall-Kummissjoni ntemm.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 20.35 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00.)
PRESIDENZA: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ Vice-président
16. Aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja - L-evalwazzjoni tar-riżultati tal-pjan ta’ rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010 u rakkomandazzjonijiet għall-ġejjieni - Karta għad-Drittijiet tan-Nisa - segwitu (dibattitu)
Rapport dwar aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja [2009/2204(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Raül Romeva i Rueda (A7-0155/2010)
Rapport dwar l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-pjan ta’ rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010 u rakkomandazzjonijiet għall-ġejjieni [2009/2242(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Ilda Figueiredo (A7-0156/2010)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0059/2010) imressqa minn Zita Gurmai u Britta Thomsen f'isem il-Grupp S&D, Ilda Figueiredo u Eva-Britt Svensson f'isem il-Grupp GUE/NGL, Antonyia Parvanova f'isem il-Grupp ALDE, u Marije Cornelissen, f'isem il-Grupp Verts/ALE,lill-Kummissjoni: Karta għad-Drittijiet tan-Nisa - segwitu (B7-0305/2010)
Raül Romeva i Rueda u Ilda Figueiredo ppreżentaw ir-rapporti.
Zita Gurmai, Eva-Britt Svensson, Antonyia Parvanova u Marije Cornelissen għamlu l-mistoqsija bi tweġiba orali.
Tkellmu: Isabel Martínez Lozano (President fil-kariga tal-Kunsill) u Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni) li wieġbet il-mistoqsija orali.
Tkellmu: Lívia Járóka f'isem il-Grupp PPE, Edite Estrela f'isem il-Grupp S&D, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Marina Yannakoudakis f'isem il-Grupp ECR, Charalampos Angourakis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Angelika Werthmann Membru mhux affiljata, Barbara Matera, Iratxe García Pérez, Siiri Oviir, Krisztina Morvai, Anna Záborská u Marc Tarabella.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Roberta Angelilli, Olga Sehnalová, Regina Bastos, Rovana Plumb, Seán Kelly, Silvia Costa, Elisabeth Köstinger, Evelyn Regner, Mariya Nedelcheva, Monika Flašíková Beňová, Hella Ranner u Karin Kadenbach.
Tkellmu: Isabel Martínez Lozano, Viviane Reding, Raül Romeva i Rueda u Ilda Figueiredo.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.6 tal-Minuti tas-16.6.2010 u punt 7.7 tal-Minuti tas-16.6.2010.
17. Programm ta' Riċerka Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Programm ta’ Riċerka Konġunt tal- Baħar Baltiku (BONUS-169) li huma impenjati fih diversi Stati Membri [COM(2009)0610 - C7-0263/2009- 2009/0169(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Lena Ek (A7-0164/2010)
Tkellmu: Anna Rosbach (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Lambert van Nistelrooij f'isem il-Grupp PPE, Adam Gierek f'isem il-Grupp S&D, Satu Hassi f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Maria Da Graça Carvalho.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Petru Constantin Luhan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Elena Oana Antonescu, Czesław Adam Siekierski u Piotr Borys.
Tkellmu: Máire Geoghegan-Quinn u Lena Ek.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 8.1 tal-Minuti tas-16.6.2010.
18. iL-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija [06714/2010 - C7-0067/2010- 2010/0814(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Carlos Coelho (A7-0199/2010)
Tkellmu: Mariya Nedelcheva f'isem il-Grupp PPE, Ioan Enciu f'isem il-Grupp S&D, Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE, Tatjana Ždanoka f'isem il-Grupp Verts/ALE, Zbigniew Ziobro f'isem il-Grupp ECR, u John Bufton f'isem il-Grupp EFD.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Oana Antonescu, Elena Băsescu, Petru Constantin Luhan, Czesław Adam Siekierski u Piotr Borys.
Tkellmu: Cecilia Malmström u Carlos Coelho.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.4 tal-Minuti tas-17.6.2010.
19. Sport, speċifikament dwar l-aġenti tal-plejers (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0032/2010) mressqa minn Doris Pack, f'isem il-Kumitat CULT, lill-Kummissjoni: Sport, speċifikament dwar l-aġenti tal-plejers (B7-0308/2010)
Doris Pack għamel il-mistoqsija bi tweġiba orali.
Androulla Vassiliou (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija bi tweġiba orali
Tkellmu: Ivo Belet f'isem il-Grupp PPE, Mary Honeyball f'isem il-Grupp S&D, Emma McClarkin f'isem il-Grupp ECR, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, Seán Kelly u Emine Bozkurt.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Iosif Matula u Piotr Borys.
Tkellem Androulla Vassiliou.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fi tmiem id-dibattitu, skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
- Doris Pack, f'isem il-Kumitat CULT, dwar l-aġenti tal-plejers fl-isport (B7-0343/2010)
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.9 tal-Minuti tas-17.6.2010.
20. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 442.783/OJME).