Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/15/KE dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq [COM(2008)0650 - C6-0354/2008- 2008/0195(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Edit Bauer (A7-0137/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Miċħuda
Wara li l-Parlament fil-bidu tal-votazzjoni adotta l-emendi 1 u 29 li jiċħdu l-proposta tal-Kummissjoni, Štefan Füle (Membru tal-Kummissjoni) indika li l-Kummissjoni se teżamina għażliet differenti fosthom dik li eventwalment tirtira l-proposta tagħha
Il-President iddikjara li t-test se jkun irreferut lura lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 56(1) tar-Regoli ta' Proċedura.
Tkellmu: Pervenche Berès, li qalet li tqis inutli li t-test ikun irreferut lura lill-kumitat responsabbli jekk il-Kummissjoni tikkonferma l-irtirar tal-proposta tagħha, Štefan Füle, ippreċiża li l-irtirar imsemmi bħalissa huwa waħda mid-diversi għażliet possibbli, Pervenche Berès, li għalhekk talbet li l-Assemblea tesprimi ruħha dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva, li huwa pjuttost favur iċ-ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni, Edit Bauer (rapporteur) u Giles Chichester, li t-tnejn opponew din it-talba, u Emilie Turunen, li appoġġaha.