Il-President ħabbar li rċieva mill-Konferenza tal-Presidenti l-proposti għan-nomini għall-Kummissjoni Parlamentari Cariforum-KE, li kienu ġew trasmessi lid-deputati b'mod elettroniku u jidhru fl-anness ma' dawn il-minuti.
3. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju li ġejjin:
Kumitat TRAN
- Direttiva tal-Kummissjoni ../…/UE ta’ […] li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar it-tagħmir marittimu (D008440/02 - 2010/2707(RPS) - skadenza: 18/08/2010) irreferut responsabbli: TRAN
Kumitat ENVI
- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għal chlorothalonil clothianidin, difenoconazole, fenhexamid, flubendiamide, nikotina, spirotetramat, thiacloprid u thiamethoxam f’ċerti prodotti jew fuqhom (D009081/02 - 2010/2727(RPS) - skadenza: 27/07/2010) irreferut responsabbli: ENVI
- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi VII, X u XI għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (D009285/04 - 2010/2720(RPS) - skadenza: 21/08/2010) irreferut responsabbli: ENVI
- Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet li jkun fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju, il-kromju eżavalenti, il-bifenili polibrominati u l-eteri tad-difenil polibrominati (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (D009293/01 - 2010/2712(RPS) - skadenza: 20/08/2010) irreferut responsabbli: ENVI
- Abbozz ta' regolament (UE) nru.../.. tal-Kummissjoni ta’ […] għal sistema standardizzata u sigura ta’ reġistri skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (test b'rilevanza għaż-ŻEE) (D009444/03 - 2010/2714(RPS) - skadenza: 20/08/2010) irreferut responsabbli: ENVI
- Abbozz ta' Regolament (UE) nru.../.. tal-Kummissjoni ta’ […] li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-iskart (D009507/01 - 2010/2725(RPS) - skadenza: 22/08/2010) irreferut responsabbli: ENVI
- Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ […] dwar kriterji u standards metodoloġiċi għal status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar (D009576/02 - 2010/2717(RPS) - skadenza: 21/08/2010) irreferut responsabbli: ENVI opinjoni: PECH
Kumitat CULT
- Abbozz ta' regolament (UE) nru.../.. tal-Kummissjoni ta’ […] li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, f'dak li għandu x'jaqsam mal-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja (D009580/01 - 2010/2722(RPS) - skadenza: 22/08/2010) irreferut responsabbli: CULT opinjoni: EMPL
Kumitat EMPL
- Abbozz ta' regolament (UE) nru.../.. tal-Kummissjoni ta’ […] li jemenda r-Regolament (KE) Nru 198/2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika marbuta mat-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi, fir-rigward tad-dejta li trid tinġabar, ir-rekwiżiti dwar teħid ta' kampjuni, il-preċiżjoni u l-kwalità (D009581/01 - 2010/2721(RPS) - skadenza: 22/08/2010) irreferut responsabbli: EMPL
Kumitat ITRE
-Abbozz ta' regolament (UE) nru.../..tal-Kummissjoni ta’ […] li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tat-tfassil ta' ġabra ta' statistika annwali dwar in-nukleari u l-adattament tar-referenzi metodoloġiċi skont ir-Rev. 2 tan-NACE (D009491/02 - 2010/2719(RPS ) - skadenza: 22/08/2010) irreferut responsabbli: ITRE
- Abbozz ta' regolament (UE) nru.../.. tal-Kummissjoni ta’ […] li jistabbilixxi għall-2010 l-“Lista ’ Prodcom” ta’ prodotti industrijali previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (D009631/01 - 2010/2716(RPS) - skadenza: 21/08/2010) irreferut responsabbli: ITRE
- Abbozz ta' regolament (UE) nru.../.. tal-Kummissjoni ta’ […] li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (D009645/01 - 2010/2723(RPS) - skadenza: 22/08/2010) irreferut responsabbli: ITRE
Kumitat IMCO
- Abbozz ta' regolament (UE) nru.../.. tal-Kummissjoni ta’ […] li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (D009538/02 - 2010/2708(RPS) - skadenza: 20/08/2010) irreferut responsabbli: IMCO
- Abbozz ta’ regolament (UE) nru.../..tal-Kummissjoni ta’ […] li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċijiet ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun irregolat il-kummerċ fihom (D009776/01 - 2010/2718(RPS) - skadenza: 21/06/2010) irreferut responsabbli: IMCO
4. Tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (17 ta' Ġunju 2010) - Tħejjijiet għas-Samit G20 (26-27 ta' Ġunju) (dibattitu)
Stqarrijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (17 ta' Ġunju 2010)
Stqarrija tal-Kummissjoni: Tħejjijiet għas-Samit G20 (26-27 ta' Ġunju)
Diego López Garrido (President fil-kariga tal-Kunsill) u José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) għamlu l-istqarrijiet.
Tkellmu: Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE, Martin Schulz f'isem il-Grupp S&D, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, Lothar Bisky f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFD, Andreas Mölzer Membru mhux affiljat, Werner Langen, Stephen Hughes, Lena Ek u Philippe Lamberts.
PRESIDENZA: Rodi KRATSA-TSAGAROPOULOU Viċi President
Tkellmu: Kay Swinburne, Willy Meyer, Mario Borghezio, Hans-Peter Martin, Mario Mauro, Marita Ulvskog, Marielle De Sarnez, Mirosław Piotrowski, Nikolaos Chountis, Niki Tzavela, Andrew Henry William Brons, Corien Wortmann-Kool, Udo Bullmann, Adina-Ioana Vălean, Zbigniew Ziobro, Jaroslav Paška, Jean-Pierre Audy, Juan Fernando López Aguilar, Jacek Saryusz-Wolski, David-Maria Sassoli, Paulo Rangel, Edite Estrela, Marietta Giannakou, Csaba Sándor Tabajdi, Ernst Strasser, Michael Cashman, Arturs Krišjānis Kariņš, José Manuel García-Margallo y Marfil u Tunne Kelam.
PRESIDENZA: Roberta ANGELILLI Viċi President
Tkellem András Gyürk.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Othmar Karas, Jutta Steinruck, Pat the Cope Gallagher, Franz Obermayr, Andrzej Grzyb, Monika Flašíková Beňová, Constance Le Grip, Petru Constantin Luhan, Zigmantas Balčytis, Salvatore Iacolino, Derek Vaughan u Antonio Cancian.
Tkellmu: Diego López Garrido u Olli Rehn (Membru tal-Kummissjoni).
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Martin Schulz, Stephen Hughes f'isem il-Grupp S&D, Daniel Cohn-Bendit, Rebecca Harms u Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar l-UE 2020 (B7-0348/2010);
- Martin Schulz, Stephen Hughes f'isem il-Grupp S&D, Daniel Cohn-Bendit, Rebecca Harms u Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar Governanza ekonomika Ewropea (B7-0349/2010);
- Guy Verhofstadt u Lena Ek f'isem il-Grupp ALDE, dwar l-istrateġija UE 2020 (B7-0351/2010);
- Corien Wortmann-Kool, Peter Liese, Richard Seeber, Pilar del Castillo Vera, Andreas Schwab, Jean-Paul Gauzès, Csaba Őry, Othmar Karas, Marian-Jean Marinescu, Lambert van Nistelrooij u Albert Deß f'isem il-Grupp PPE, dwar l-Istrateġija UE2020 - inizjattivi ewlenin (B7-0353/2010)
- Lothar Bisky, Nikolaos Chountis, Ilda Figueiredo, Patrick Le Hyaric, Kartika Tamara Liotard, Marisa Matias, Willy Meyer, Miguel Portas, Alfreds Rubiks, Eva-Britt Svensson, Kyriacos Triantaphyllides u Sabine Wils f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar l-istrateġija UE 2020 – Strateġija Ewropea ġdida għall-Impjiegi u t-Tkabbir (B7-0354/2010);
- Guy Verhofstadt u Lena Ek f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-ħtieġa ta' governanza ekonomika msaħħa dwar il-ħtieġa ta' governanza ekonomika msaħħa (B7-0355/2010);
- Corien Wortmann-Kool, Othmar Karas u Jean-Paul Gauzès f'isem il-Grupp PPE, dwar il-governanza ekonomika (B7-0356/2010);
- Lothar Bisky, Nikolaos Chountis, Ilda Figueiredo, Patrick Le Hyaric, Kartika Tamara Liotard, Marisa Matias, Willy Meyer, Miguel Portas, Alfreds Rubiks, Eva-Britt Svensson, Kyriacos Triantaphyllides u Sabine Wils f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-governanza ekonomika tal-UE (B7-0357/2010).
5. Il-konklużjonijiet tas-Samit UE/Russja (31 ta' Mejju - 1 ta' Ġunju) (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Il-konklużjonijiet tas-Samit UE/Russja (31 ta' Mejju - 1 ta' Ġunju)
Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamel l-istqarrija.
Tkellmu: Elmar Brok f'isem il-Grupp PPE, Adrian Severin f'isem il-Grupp S&D, Kristiina Ojuland f'isem il-Grupp ALDE, Werner Schulz f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR.
6. Merħba
Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lill-membri tad-delegazzoni tal-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, immexxija mis-Sur Zha Peixin, Viċi President tal-Kummissjoni tal-Affarijiet Barranin tal-Assemblea Nazzjonali taċ-Ċina, li ħa postu fil-gallarija uffiċjali.
7. Il-konklużjonijiet tas-Samit UE/Russja (31 ta' Mejju - 1 ta' Ġunju) (tkomplija tad-dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Il-konklużjonijiet tas-Samit UE/Russja (31 ta' Mejju - 1 ta' Ġunju)
Tkellmu: Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Fiorello Provera f'isem il-Grupp EFD, Jean-Marie Le Pen Membru mhux affiljat, Ria Oomen-Ruijten, Hannes Swoboda, Alexander Graf Lambsdorff, Heidi Hautala, Jacek Olgierd Kurski, Bastiaan Belder, Krzysztof Lisek, Knut Fleckenstein, Ryszard Czarnecki, Francisco José Millán Mon u Kristian Vigenin.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Inese Vaidere, Ioan Mircea Paşcu u Andreas Mölzer.
Tkellmet Catherine Ashton.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Heidi Hautala, Werner Schulz u Bart Staes f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-konklużjonijiet tas-Samit UE-Russja f’Rostov-na-Donu tal-31 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju 2010 (B7-0293/2010);
- Adrian Severin, Hannes Swoboda, Knut Fleckenstein u Kristian Vigenin f'isem il-Grupp S&D, dwar ir-riżultat tas-Samit UE-Russja f’Rostov-na-Donu fil-31 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju 2010 (B7-0296/2010);
- Helmut Scholz u Nikolaos Chountis f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar is-Samit bejn l-UE u r-Russja (B7-0297/2010);
- Michał Tomasz Kamiński, Charles Tannock, Ryszard Antoni Legutko, Tomasz Piotr Poręba, Ryszard Czarnecki, Adam Bielan, Jacek Olgierd Kurski, Konrad Szymański, Paweł Robert Kowal, Marek Henryk Migalski, Janusz Wojciechowski, Edvard Kožušník u Roberts Zīle f'isem il-Grupp ECR, dwar il-konklużjonijiet tas-Samit bejn l-UE u r-Russja (B7-0298/2010);
- Elmar Brok, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Ioannis Kasoulides, Ria Oomen-Ruijten, Alojz Peterle, Krzysztof Lisek, Filip Kaczmarek, Jacek Protasiewicz, Andrzej Grzyb, Joachim Zeller u Mário David f'isem il-Grupp PPE, dwar is-Samit UE-Russja (31 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju) (B7-0299/2010);
- Kristiina Ojuland f'isem il-Grupp ALDE, dwar ir-riżultat tas-Samit UE-Russja f’Rostov-na-Donu fil-31 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju 2010 (B7-0300/2010).
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.10 tal-Minuti tas-17.6.2010.
PRESIDENZA: Gianni PITTELLA Viċi President
Tkellem Robert Atkins, li pprotesta dwar id-dewmien fil-bidu tal-ħin għall-votazzjonijiet.
8. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
8.1. Programm ta' Riċerka Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Programm ta’ Riċerka Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) li huma impenjati fih diversi Stati Membri [COM(2009)0610 - C7-0263/2009- 2009/0169(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Lena Ek (A7-0164/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDA, u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
8.2. L-istrutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita [COM(2009)0139 - C6-0103/2009- 2009/0047(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Evžen Tošenovský (A7-0160/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
8.3. Programm Ewropew ta' Osservazzjoni tad-Dinja (GMES) (2011 - 2013) ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta’ osservazzjoni tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013) [COM(2009)0223 - C7-0037/2009- 2009/0070(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Norbert Glante (A7-0161/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
8.4. Il-konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) mill-Unjoni Ewropea [08612/2010 - C7-0109/2010- 2009/0085(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Herbert Reul (A7-0176/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
8.5. Awtorizzazzjoni ta' proċedura ta' koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali [09898/2010 - C7-0145/2010- 2010/0066(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A7-0194/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Tadeusz Zwiefka (rapporteur) għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 138(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
8.6. Adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta' Jannar 2011 * (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta' Jannar 2011 [COM(2010)0239 - 2010/0135(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Edward Scicluna (A7-0182/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
8.7. Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 04/2010: Taqsima III - Il-Kummissjoni (bilanċ pożittiv 2009) (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III - Il-Kummissjoni [10930/2010 - 2010/2056(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: László Surján (A7-0200/2010)
(Maġġoranza kwalifikata) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
8.8. Kwittanza 2008: baġit ġenerali tal-UE, Il-Kunsill (votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima II – Il-Kunsill [SEC(2009)1089 - C7-0174/2009- 2009/2070(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Ryszard Czarnecki (A7-0096/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)
- Ryszard Czarnecki (rapporteur) qabel il-votazzjoni, u Jean-Pierre Audy dwar l-adattamenti tekniċi li għandhom isiru fit-test wara l-votazzjoni dwar il-kwittanza li saret tul is-sessjoni preċedenti (punt 6.6 tal- Minuti ta' 19.5.2010).
8.9. Id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali ***I (votazzjoni)
Abbozz ta' rapport dwar id-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali [00001/2010 - C7-0005/2010- 2010/0801(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sarah Ludford (A7-0198/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)
8.10. L-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/15/KE dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq [COM(2008)0650 - C6-0354/2008- 2008/0195(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Edit Bauer (A7-0137/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Miċħuda
Wara li l-Parlament fil-bidu tal-votazzjoni adotta l-emendi 1 u 29 li jiċħdu l-proposta tal-Kummissjoni, Štefan Füle (Membru tal-Kummissjoni) indika li l-Kummissjoni se teżamina għażliet differenti fosthom dik li eventwalment tirtira l-proposta tagħha
Il-President iddikjara li t-test se jkun irreferut lura lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 56(1) tar-Regoli ta' Proċedura.
Tkellmu: Pervenche Berès, li qalet li tqis inutli li t-test ikun irreferut lura lill-kumitat responsabbli jekk il-Kummissjoni tikkonferma l-irtirar tal-proposta tagħha, Štefan Füle, ippreċiża li l-irtirar imsemmi bħalissa huwa waħda mid-diversi għażliet possibbli, Pervenche Berès, li għalhekk talbet li l-Assemblea tesprimi ruħha dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva, li huwa pjuttost favur iċ-ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni, Edit Bauer (rapporteur) u Giles Chichester, li t-tnejn opponew din it-talba, u Emilie Turunen, li appoġġaha.
Il-President iddikjara l-proċedura magħluqa skont l-Artikolu 56(2) tar-Regoli ta' Proċedura. .
8.11. Informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi ***I (votazzjoni)
Report dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi [COM(2008)0040 - C6-0052/2008- 2008/0028(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Renate Sommer (A7-0109/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 11)
Glenis Willmott, biex jippreżenta emenda orali għall-emenda 101 li ma nżammitx, ladarba iktar minn 40 Membru kienu kontra li din titqies.
Renate Sommer (rapporteur) biex:
- tagħmel rettifika għall-verżjoni Ġermaniża tal-emenda 48;
- tippreżenta emenda orali għall-emenda 130 li ma nżammitx, ladarba iktar minn 40 Membru kienu kontra li din titqies;
- tippreċiża li l-adozzjoni parzjali tal-emenda 101 ma tagħmilx obsoleta l-emenda 328, u titlob għaldaqstant li ssir votazzjoni dwar l-emenda 328 (il-President aċċetta din it-talba);
- titlob li ssir votazzjoni dwar l-emenda 328 (il-President aċċetta din it-talba);
- tappoġġa t-talba ta' Carl Schlyter għall-votazzjoni dwar l-emenda 144 anke jekk l-emenda 295 kienet adottata;
- titlob verifika tal-votazzjoni elettronika dwar l-emenda 346.
Carl Schlyter dwar il-votazzjonijiet dwar l-emendi 295, 144, 314 u 297.
Joseph Daul biex jitlob, minħabba li kien sar il-ħin, li parti mill-votazzjoni prevista għal din il-ġurnata ssir f'sessjoni oħra (il-Parlement laqa' din it-talba).
8.12. Tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (17 ta' Ġunju 2010) - UE 2020 (votazzjoni)
(Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni B7-0357/2010 skadiet.)
8.14. Proposta għal deċiżjoni dwar it-twaqqif u s-saħħa numerika tal-kumitat speċjali dwar l-isfidi politiċi u r-riżorsi baġitarji għal Unjoni Ewropea sostenibbli wara l-2013 (votazzjoni)
Proposta għal deċiżjoni mressqa skont l-Artikolu 184 tar-Regoli ta' Proċedura, mill-Konferenza tal-Presidenti, dwar it-twaqqif, is-setgħat, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tal-kumitat speċjali dwar l-isfidi tal-politika u r-riżorsi baġitarji għal Unjoni Ewropea sostenibbli wara l-2013 (B7-0295/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 14)
Jarosław Kalinowski, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Horst Schnellhardt u Linda McAvan
Tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (17 ta' Ġunju 2010) - «Governanza ekonomika» B7-0349/2010
Gerard Batten
10. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa tal-anqas ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14:35 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15:00)
PRESIDENZA: Stavros LAMBRINIDIS Viċi President
11. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.
12. Operazzjoni militari Iżraeljana kontra l-flottilla umanitarja u l-imblokk ta' Gaża (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Operazzjoni militari Iżraeljana kontra l-flottilla umanitarja u l-imblokk ta' Gaża
Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamel id-dikjarazzjoni.
Tkellmu: Ioannis Kasoulides f'isem il-Grupp PPE, Véronique De Keyser f'isem il-Grupp S&D, Niccolò Rinaldi f'isem il-Grupp ALDE, Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, Peter van Dalen f'isem il-Grupp ECR, Kyriacos Triantaphyllides f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bastiaan Belder f'isem il-Grupp EFD, Diane Dodds Membru mhux affiljata, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Proinsias De Rossa, Marielle De Sarnez, Eva Joly, Sajjad Karim, Patrick Le Hyaric, Fiorello Provera, Daniël van der Stoep, Michael Gahler, Pier Antonio Panzeri, Alexander Graf Lambsdorff, Hélène Flautre, Georgios Toussas, Niki Tzavela, Andreas Mölzer, Michèle Striffler, Corina Creţu, Ivo Vajgl, György Schöpflin, Göran Färm, Sarah Ludford, Sari Essayah, María Muñiz De Urquiza, Dominique Baudis, Richard Howitt, Tunne Kelam, Simon Busuttil u Elena Băsescu.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Laima Liucija Andrikienė, Antonio Masip Hidalgo, Frédérique Ries, Reinhard Bütikofer, Charles Tannock, Marian-Jean Marinescu, Izaskun Bilbao Barandica, Margrete Auken, Franz Obermayr, Isabelle Durant u Christine De Veyrac.
Tkellem Catherine Ashton.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Annemie Neyts-Uyttebroeck f'isem il-Grupp ALDE, dwar l-operazzjoni militari Iżraeljana kontra l-flottilla umanitarja u l-imblokk ta' Gaża (B7-0345/2010);
- José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Elmar Brok, Ioannis Kasoulides, Vito Bonsignore, Hans-Gert Pöttering, Dominique Baudis, Mário David, Tokia Saïfi, Michèle Striffler, Dominique Vlasto, Lena Kolarska-Bobińska, Tunne Kelam u Elena Băsescu f'isem il-Grupp PPE, dwar l-operazzjoni militari Iżraeljana kontra l-flotilla umanitarja u l-imblokk ta' Gaża (B7-0347/2010);
- Véronique De Keyser, Adrian Severin, Hannes Swoboda, Corina Creţu, Proinsias De Rossa, Göran Färm, Richard Howitt, Ivailo Kalfin, Maria Eleni Koppa, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Emilio Menéndez del Valle, María Muñiz De Urquiza, Pier Antonio Panzeri, Olga Sehnalová u Kristian Vigenin f'isem il-Grupp S&D, dwar l-operazzjoni militari Iżraeljana kontra l-flottilla umanitarja u l-imblokk ta' Gaża (B7-0350/2010);
- Eva Joly, Nicole Kiil-Nielsen, Hélène Flautre, Margrete Auken, Malika Benarab-Attou, Reinhard Bütikofer, Ulrike Lunacek, Jan Philipp Albrecht, Jill Evans, Isabelle Durant, Raül Romeva i Rueda, Yannick Jadot, Jean Lambert, Bart Staes, Heidi Hautala, Rebecca Harms, Daniel Cohn-Bendit, Catherine Grèze, Keith Taylor u Michail Tremopoulos f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar l-operazzjoni militari Iżraeljana kontra l-flottilla umanitarja u l-imblokk ta' Gaża (B7-0379/2010);
- Fiorello Provera, Niki Tzavela, Nikolaos Salavrakos, Oreste Rossi, Mara Bizzotto u Giancarlo Scottà f'isem il-Grupp EFD, dwar l-operazzjoni militari Iżraeljana kontra l-flottilla umanitarja u l-imblokk ta' Gaża (B7-0385/2010);
- Michał Tomasz Kamiński, Charles Tannock, Adam Bielan, Ryszard Czarnecki, Tomasz Piotr Poręba, Paweł Robert Kowal u Mirosław Piotrowski f'isem il-Grupp ECR, dwar l-operazzjoni militari Iżraeljana kontra l-flottilla umanitarja u l-imblokk ta' Gaża (B7-0386/2010);
- Kyriacos Triantaphyllides, Patrick Le Hyaric, Willy Meyer, Marisa Matias, Eva-Britt Svensson, Nikolaos Chountis u Ilda Figueiredo f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar l-operazzjoni militari Iżraeljana kontra l-flottilla umanitarja u l-imblokk ta' Gaża (B7-0389/2010).
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.11 tal-Minuti tas-17.6.2010.
PRESIDENZA: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ Viċi President
13. Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem (2008) - Politiki tal-UE favur id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem - Il-kummerċ ta' strumenti użati għat-tortura - (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem (2008)
Rapport dwar politiki tal-UE favur id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem [2009/2199(INI)]- Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Heidi Hautala (A7-0157/2010)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0056/2010) mressqa minn Gabriele Albertini, f'isem il-Kumitat AFET u Vital Moreira, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kunsill: L-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1236/2005 (B7-0303/2010)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0057/2010) mressqa minn Gabriele Albertini, f'isem il-Kumitat AFET u Vital Moreira, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: L-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1236/2005 (B7-0304/2010)
Heidi Hautala ippreżenta r-rapport tiegħu.
Gabriele Albertini u Vital Moreira għamlu l-mistoqsijiet bi tweġiba orali.
Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) wieġbet għall-mistoqsijiet bi tweġiba orali.
Tkellmu: László Tőkés f'isem il-Grupp PPE, Véronique De Keyser f'isem il-Grupp S&D, Metin Kazak f'isem il-Grupp ALDE, Barbara Lochbihler f'isem il-Grupp Verts/ALE, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, David Campbell Bannerman f'isem il-Grupp EFD, Nicole Sinclaire Membru mhux affiljata, Andrzej Grzyb, Vittorio Prodi, Kristiina Ojuland, Ryszard Czarnecki, Laima Liucija Andrikienė, Richard Howitt, Marietje Schaake, Marek Henryk Migalski, Filip Kaczmarek, María Muñiz De Urquiza, Janusz Wojciechowski, Kinga Gál, Janusz Władysław Zemke u Jacek Protasiewicz.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Jarosław Leszek Wałęsa, Monika Flašíková Beňová, Charles Goerens, Catherine Grèze u Gerard Batten.
Tkellmu: Catherine Ashton u Heidi Hautala.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Metin Kazak u Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-kummerċ ta' oġġetti li jintużaw għat-tortura (B7-0360/2010)
- Laima Liucija Andrikienė f'isem il-Grupp PPE, dwar il-kummerċ ta' oġġetti li jintużaw għat-tortura (B7-0363/2010)
Richard Howitt, Kader Arif, Véronique De Keyser u Maria Eleni Koppa f'isem il-Grupp S&D, dwar il-kummerċ ta' prodotti użati għat-tortura (B7-0365/2010)
- Heidi Hautala, Barbara Lochbihler, Yannick Jadot u Reinhard Bütikofer f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-kummerċ ta' oġġetti li jintużaw għat-tortura (B7-0367/2010)
- Robert Sturdy u Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, dwar il-kummerċ f'oġġetti użati għat-tortura (B7-0368/2010)
- Marie-Christine Vergiat u Nikolaos Chountis f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-kummerċ f'oġġetti użati għat-tortura (B7-0369/2010).
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.1 tal-Minuti tas-17.6.2010 u punt 7.12 tal- Minuti tas-17.6.2010.
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fil-Peniżola Koreana
Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamel id-dikjarazzjoni.
Tkellmu: Christian Ehler f'isem il-Grupp PPE, u Kristian Vigenin f'isem il-Grupp S&D.
PRESIDENZA: Diana WALLIS Viċi President
Tkellmu: Jelko Kacin f'isem il-Grupp ALDE, Roger Helmer f'isem il-Grupp ECR, u George Sabin Cutaş.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Csaba Sógor, Janusz Władysław Zemke, Barbara Lochbihler, Anna Rosbach, Miroslav Mikolášik, Charles Tannock u Christian Ehler.
Tkellem Catherine Ashton.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, dwar is-sitwazzjoni fil-Peniżola Koreana (B7-0358/2010);
- Jelko Kacin, Marietje Schaake, Ramon Tremosa i Balcells u Marielle De Sarnez f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni fil-Peniżola Koreana (B7-0359/2010);
- Christian Ehler, Ioannis Kasoulides u José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f'isem il-Grupp PPE, dwar is-sitwazzjoni fil-Peniżola Koreana (B7-0361/2010);
- Heidi Hautala, Barbara Lochbihler, Gerald Häfner u Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar is-sitwazzjoni fil-Peniżola Koreana (B7-0362/2010);
- Willy Meyer, Nikolaos Chountis u Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar is-sitwazzjoni fil-Peniżola Koreana (B7-0364/2010);
- Adrian Severin, George Sabin Cutaş, David Martin u Peter Simon f'isem il-Grupp S&D, dwar is-sitwazzjoni fil-Peniżola Koreana (B7-0366/2010).
Štefan Füle (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Tkellmu: Doris Pack f'isem il-Grupp PPE, Emine Bozkurt f'isem il-Grupp S&D, Sarah Ludford f'isem il-Grupp ALDE, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Eduard Kukan, Hannes Swoboda, Monica Luisa Macovei, Zoran Thaler u Bernd Posselt.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Anna Ibrisagic, Katarína Neveďalová, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Marian-Jean Marinescu u Csaba Sógor.
Tkellem Štefan Füle.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Doris Pack f'isem il-Kumitat AFET, dwar is-sitwazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina (B7-0342/2010).
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.14 tal-Minuti tas-17.6.2010.
16. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva mingħand is-Segretarjat tal-Membri Mhux Affiljati l-proposti għan-nomini li ġejjin:
Kumitat ITRE: Béla Kovács
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Għarbija: Béla Kovács.
Dawn in-nominazzjonijiet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 18 h 55. Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00)
PRESIDENZA: László TŐKÉS Viċi President
17. Ftehim dwar l-ajru UE-Stati Uniti (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Ftehim dwar l-ajru UE-Stati Uniti
Kristalina Georgieva (Membru tal-Kummissjoni) għamlet l-istqarrija.
Tkellmu: Mathieu Grosch f'isem il-Grupp PPE, Saïd El Khadraoui f'isem il-Grupp S&D, Gesine Meissner f'isem il-Grupp ALDE, u Jacqueline Foster f'isem il-Grupp ECR.
Tkellmet skont il-proċedura "catch the eye" Silvia-Adriana Ţicău.
Tkellmet Kristalina Georgieva.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Gesine Meissner f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-ftehim tal-avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti (B7-0370/2010);
- Saïd El Khadraoui f'isem il-Grupp S&D, dwar il-ftehim tat-trasport bl-ajru bejn l-UE u l-Istati Uniti (B7-0371/2010);
- Eva Lichtenberger f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-ftehim tat-trasport bl-ajru bejn l-UE u l-Istati Uniti (B7-0372/2010);
- Mathieu Grosch f'isem il-Grupp PPE, dwar il-ftehim ta’ avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti (B7-0373/2010);
- Jacqueline Foster f'isem il-Grupp ECR, dwar il-ftehim tat-trasport bl-ajru bejn l-UE u l-Istati Uniti (B7-0374/2010).
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.15 tal-Minuti tas-17.6.2010.
18. L-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-ewwel pakkett ferrovjarju (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: L-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-ewwel pakkett ferrovjarju
Kristalina Georgieva (Membru tal-Kummissjoni) għamlet l-istqarrija.
Tkellmu: Carlo Fidanza f'isem il-Grupp PPE, Saïd El Khadraoui f'isem il-Grupp S&D, Gesine Meissner f'isem il-Grupp ALDE, Michael Cramer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jacky Hénin f'isem il-Grupp GUE/NGL, Antonio Cancian, Brian Simpson, Georgios Toussas u Georges Bach.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Silvia-Adriana Ţicău u Jaroslav Paška.
Tkellmet Kristalina Georgieva.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fi tmiem id-dibattitu, skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
- Brian Simpson f'isem il-Kumitat TRAN, dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar l-ewwel pakkett ferrovjarju (Nri 2001/12/KE, 2001/13/KE u 2001/14/KE) (B7-0344/2010).
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.16 tal-Minuti tas-17.6.2010.
19. L-għargħar fil-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali, b'mod partikolari fil-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u l-Ungerija (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: L-għargħar fil-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali, b'mod partikolari fil-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u l-Ungerija
Kristalina Georgieva (Membru tal-Kummissjoni) għamlet l-istqarrija.
Tkellmu: Czesław Adam Siekierski f'isem il-Grupp PPE, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg f'isem il-Grupp S&D, Fiona Hall f'isem il-Grupp ALDE, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Tomasz Piotr Poręba f'isem il-Grupp ECR, Jaroslav Paška f'isem il-Grupp EFD, Csanád Szegedi Membru mhux affiljat, Tamás Deutsch, Adam Gierek, Sergej Kozlík, Elisabeth Schroedter, Oldřich Vlasák, Jan Březina, Joanna Senyszyn, Zbigniew Ziobro, Anna Záborská, Olga Sehnalová, Ryszard Czarnecki, Joachim Zeller, Monika Smolková, Jacek Olgierd Kurski, Jarosław Kalinowski, Monika Flašíková Beňová u Kinga Göncz.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Ildikó Gáll-Pelcz, Ioan Enciu, Mirosław Piotrowski, Angelika Werthmann, Andrzej Grzyb, Piotr Borys, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Jacek Protasiewicz, Miroslav Mikolášik, Bogusław Sonik u Silvia-Adriana Ţicău.
Tkellmet Kristalina Georgieva.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Czesław Adam Siekierski, Tamás Deutsch, Zuzana Roithová, Anna Záborská, Markus Pieper, Richard Seeber, Bogusław Sonik, Jan Březina, Lambert van Nistelrooij, Andrzej Grzyb, Jolanta Emilia Hibner, Piotr Borys, Artur Zasada, Milan Zver u Jacek Saryusz-Wolski f'isem il-Grupp PPE, dwar id-diżastri naturali fl-Ewropa Ċentrali (B7-0346/2010).
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.17 tal-Minuti tas-17.6.2010.
20. Taħriġ ġudizzjarju (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0063/2010) mressqa minn Klaus-Heiner Lehne f'isem il-Kumitat JURI, It-taħriġ ġudizzjarju - Il-Pjan ta' Azzjoni ta' Stokkolma (B7-0306/2010).
Luigi Berlinguer, flok l-awtur, għamel il-mistoqsija bi tweġiba orali.
Kristalina Georgieva (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija bi tweġiba orali
Tkellmu: Tadeusz Zwiefka f'isem il-Grupp PPE, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg f'isem il-Grupp S&D, Diana Wallis f'isem il-Grupp ALDE, Jaroslav Paška f'isem il-Grupp EFD, u Cecilia Wikström.
Tkellmet Kristalina Georgieva
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fi tmiem id-dibattitu, skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
- Tadeusz Zwiefka f'isem il-Grupp PPE, Bernhard Rapkay f'isem il-Grupp S&D, Diana Wallis f'isem il-Grupp ALDE, Eva Lichtenberger f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Francesco Enrico Speroni f'isem il-Grupp EFD, dwar it-taħriġ ġudizzjarju – Il-Programm ta' Stokkolma (B7-0294/2010).
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 7.18 tal-Minuti tas-17.6.2010.
21. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 442.783/OJJE).