2. It-twaqqif tal-kumitat speċjali dwar l-isfidi tal-politika u r-riżorsi baġitarji għal Unjoni Ewropea sostenibbli wara l-2013
Il-President ħabbar li rċieva n-nomini proposti mill-Konferenza tal-Presidenti għall-kumitat speċjali dwar l-isfidi tal-politika u r-riżorsi baġitarji għal Unjoni Ewropea sostenibbli wara l-2013. Dawn kienu trażmessi lill-Membri bil-posta elettronika u jidhru fl-anness ta' dawn il-minuti.