Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0095/2010) imressqa minn Sharon Bowles, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: Il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilizzazzjoni Finanzjarja u azzjonijiet futuri (B7-0318/2010)
Sharon Bowles għamlet il-mistoqsija bi tweġiba orali.
PRESIDENZA: Silvana KOCH-MEHRIN Viċi President
Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija bi tweġiba orali.
Tkellmu: Othmar Karas f'isem il-Grupp PPE, Anni Podimata f'isem il-Grupp S&D, u Pervenche Berès.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, Franz Obermayr, Paul Rübig u Pervenche Berès.
Tkellem Michel Barnier.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fi tmiem id-dibattitu, skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
- Sharon Bowles, f'isem il-Kumitat ECON, dwar il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilizzazzjoni Finanzjarja u azzjonijiet futuri (B7-0410/2010).