13. Ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-rimunerazzjoni ***I - Ir-rimunerazzjoni tad-diretturi tal-kumpaniji kwotati u l-politiki ta' rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-rimunerazzjoni [COM(2009)0362 - C7-0096/2009 - 2009/0099(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Arlene McCarthy (A7-0205/2010)
Rapport dwar ir-rimunerazzjoni tad-diretturi ta' kumpaniji elenkati u l-politiki ta' rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (2010/2009(INI)) - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Saïd El Khadraoui (A7-0208/2010)
Arlene McCarthy u Saïd El Khadraoui ppreżentaw ir-rapporti.
Tkellem Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Ole Christensen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Othmar Karas f'isem il-Grupp PPE, Olle Ludvigsson f'isem il-Grupp S&D, Sharon Bowles f'isem il-Grupp ALDE, Pascal Canfin f'isem il-Grupp Verts/ALE, Franz Obermayr Membru mhux affiljat, Sławomir Witold Nitras, Carl Haglund u Burkhard Balz.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Roberta Angelilli, Miroslav Mikolášik, Andreas Mölzer u Mairead McGuinness.