Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 6 ta' Lulju 2010 - Strasburgu

14. Ħin għall-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kummissjoni)
Rapporti Verbatim

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B7-0316/2010).

Mistoqsija 15 (Cristina Gutiérrez-Cortines): Il-kriterji għas-selezzjoni tal-management l-għoli u l-uffiċjali eżekuttivi bi profil għoli fl-Inizjattivi Konġunti tat-Teknoloġija (JTI) u l-appoġġ għall-SMEs.

Máire Geoghegan-Quinn (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għal mistoqsija supplementari ta' Salvador Garriga Polledo (sostitut tal-awtur).

Mistoqsija 16 (Joanna Senyszyn): L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Algirdas Šemeta (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplementari ta' Joanna Senyszyn, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg u Sarah Ludford.

Mistoqsija 17 (Georgios Papanikolaou): Kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-pajjiżi li joffru kenn mit-taxxi u tal-intrapriżi ''offshore''.

Algirdas Šemeta wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplementari ta' Georgios Papanikolaou, Janusz Władysław Zemke u Seán Kelly.

Il-mistoqsija 18 ġiet irtirata.

Mistoqsija 19 (Bernd Posselt): Kooperazzjni transkonfinali bejn is-Serbja, il-Maċedonja u Kosovo.

Štefan Füle (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplementari ta' Bernd Posselt, Nikolaos Chountis u Georgios Papanikolaou.

Il-mistoqsija 20 skadiet minħabba li l-awtur tagħha ma kienx preżenti.

Mistoqsija 21 (Nikolaos Chountis): L-implimentazzjoni sħiħa min-naħa tat-Turkija tal-ftehim ta' assoċjazzjoni u tal-protokoll addizzjonali.

Štefan Füle wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplementari ta' Nikolaos Chountis u Seán Kelly.

Tkellmu: Mairead McGuinness, James Nicholson u Pat the Cope Gallagher dwar l-organizzazzjoni tal-ħin għall-mistoqsijiet.

Mistoqsija 22 (Gay Mitchell): Il-Paċi fil-Lvant Nofsani.

Štefan Füle wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplementari ta' Gay Mitchell u Chris Davies.

Mistoqsija 26 (Ryszard Czarnecki): Il-progress fil-qasam tad-demokratizzazzjoni fil-Ġeorġja u fl-Ażerbajġan.

Štefan Füle wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għal mistoqsija supplementari ta' Jacek Włosowicz (sostitut tal-awtur).


Mistoqsija 32 (Marc Tarabella): Il-ksur tar-regoli tal-kummerċ ġust mill-importaturi Ewropej.

Mistoqsija 33 (Linda McAvan): Kummerċ Ġust.

Karel De Gucht (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għal mistoqsija supplementari ta' Linda McAvan.

Il-mistoqsija 34 skadiet minħabba li l-awtur tagħha ma kienx preżenti.

Mistoqsija 35 (Richard Howitt): Abbozz ta' Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Kolombja.
Mistoqsija 36 (David Martin): Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Kolombja.

Karel De Gucht wieġeb għall-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet supplementari ta' Richard Howitt u David Martin.

Il-mistoqsijiet 25 u 27 sa 31 ma ssejħux bis-suġġett tagħhom li kien imniżżel diġà fl-aġenda ta' dan il-perjodu ta' sessjoni.

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin għall-mistoqsijiet riżervat għall-Kummissjoni ntemm.

Avviż legali - Politika tal-privatezza