3. Corrigendum ta' test approvat (Artikolu 216 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President avża li rċieva corrigendum tar-riżoluzzjoni, adottata mill-Parlament fis-17 ta' Ġunju 2010, dwar l-għargħar f'pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali, b'mod partikolari l-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u l-Ungerija, u fi Franza (P7_TA(2010)0241), li fiha r-Rumanija trid tiżdied mal-lista tal-pajjiżi milquta minn dawn l-għargħar.
Bi qbil mal-Artikolu 216(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dan il-corrigendum jitqies appruvat sakemm fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mit-tħabbir tiegħu, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwaru.
It-test tal-corrigendum huwa disponibbli fis-sit ta' "Séance en direct".