Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq [COM(2009)0503 - C7-0167/2009 - 2009/0144(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sven Giegold (A7-0169/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
Tkellem Sven Giegold (rapporteur) li, bi qbil mal-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura, ressaq proposta formali lill-Parlament dwar il-possibilità li jaqbżu direttament għall-votazzjoni dwar l-abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva.
B'sejħa tal-ismijiet (665 favur, 5 kontra, 10 astensjonijiet), il-Parlament iddeċieda li l-votazzjoni dwar l-abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva tiġi posposta. Il-kwistjoni ntbagħtet lura għal eżami mill-ġdid lill-kumitat kompetenti.