Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea [COM(2009)0501 - C7-0169/2009 - 2009/0142(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: José Manuel García-Margallo y Marfil (A7-0166/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)
Tkellem José Manuel García-Margallo y Marfil (rapporteur) li, bi qbil mal-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura, ressaq proposta formali lill-Parlament dwar il-possibilità li jaqbżu direttament għall-votazzjoni dwar l-abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva.
B'sejħa tal-ismijiet (669 favur, 8 kontra, 9 astensjonijiet), il-Parlament iddeċieda li l-votazzjoni dwar l-abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva tiġi posposta. Il-kwistjoni ntbagħtet lura għal eżami mill-ġdid lill-kumitat kompetenti.