Indiċi 
Minuti
PDF 239kWORD 134k
L-Erbgħa, 7 ta' Lulju 2010 - Strasburgu
1.Ftuħ tas-Seduta
 2.Dikjarazzjoni tal-President
 3.Corrigendum ta' test approvat (Artikolu 216 tar-Regoli ta' Proċedura)
 4.Dokumenti mressqa
 5.Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)
 6.Il-programm ta' attivitajiet tal-Presidenza Belġjana (dibattitu)
 7.L-applikazzjoni tal-Islanda għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea (dibattitu)
 8.Ħin tal-votazzjonijiet
  
8.1.Ir-rimunerazzjoni tad-diretturi tal-kumpaniji kwotati u l-politiki ta' rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (votazzjoni) (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)
  
8.2.Prodotti ġodda tal-ikel ***II (votazzjoni)
  
8.3.L-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Tfassil mill-ġdid) ***II (votazzjoni)
  
8.4.L-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità l-injam u prodotti tal-injam ***II (votazzjoni)
  
8.5.Is-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ***I (votazzjoni)
  
8.6.Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ***I (votazzjoni)
  
8.7.Superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja u twaqqif ta' Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ***I (votazzjoni)
  
8.8.Awtorità Bankarja Ewropea ***I (votazzjoni)
  
8.9.Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol ***I (votazzjoni)
  
8.10.Ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-rimunerazzjoni ***I (votazzjoni)
  
8.11.Kompiti speċifiċi għall-Bank Ċentrali Ewropew rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku * (votazzjoni)
  
8.12.L-Immaniġġjar Transkonfinali tal-Kriżijiet fis-Settur Bankarju (votazzjoni)
  
8.13.Faċilità Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja u Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilizzazzjoni Finanzjarja u azzjonijiet futuri (votazzjoni)
  
8.14.L-applikazzjoni tal-Islanda għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea (votazzjoni)
 9.Spjegazzjonijiet tal-vot
 10.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 11.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
 12.L-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna * - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (dibattitu)
 13.Il-Kosovo - L-Albanija (dibattitu)
 14.Talba għall-ħarsien tal-immunità Parlamentari
 15.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 16.It-tiftix għaż-żejt u l-estrazzjoni taż-żejt - riskji, responsabbiltà u regolamentazzjoni (dibattitu)
 17.Is-sitwazzjoni fil-Kirgiżistan (dibattitu)
 18.L-HIV/AIDS fil-perspettiva tat-XVIII-il Konferenza Internazzjonali dwar l-AIDS (Vjenna, 18-23 ta' Lulju 2010) (dibattitu)
 19.Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjon tat-Tip Cluster (CCM) fl-1 ta' Awwissu 2010 u r-rwol tal-UE (dibattitu)
 20.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 21.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


MINUTI

L-ERBGĦA 7 TA' LULJU 2010

PRESIDENZA: Jerzy BUZEK
President

1. Ftuħ tas-Seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 09.05.


2. Dikjarazzjoni tal-President

Il-President fakkar il-5 anniversarju mill-attentati terroristiċi ta' Londra tas-7 ta' Lulju 2005 u tenna l-kundanna kostanti tal-Parlament ta' kull att terroristiku.


3. Corrigendum ta' test approvat (Artikolu 216 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President avża li rċieva corrigendum tar-riżoluzzjoni, adottata mill-Parlament fis-17 ta' Ġunju 2010, dwar l-għargħar f'pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali, b'mod partikolari l-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u l-Ungerija, u fi Franza (P7_TA(2010)0241), li fiha r-Rumanija trid tiżdied mal-lista tal-pajjiżi milquta minn dawn l-għargħar.

Bi qbil mal-Artikolu 216(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dan il-corrigendum jitqies appruvat sakemm fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mit-tħabbir tiegħu, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwaru.

It-test tal-corrigendum huwa disponibbli fis-sit ta' "Séance en direct".


4. Dokumenti mressqa

Ir-rapport li ġej tressaq

mill-Kumitat AFET:

- Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (08029/2010 - C7-0090/2010 - 2010/0816(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Elmar Brok (A7-0228/2010)


5. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozz ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġej rigward il-proċedura regolatorja bi skrutinju tressaq quddiem il-Parlament:

- Abbozz ta' direttiva tal-Kummissjoni ta' li temenda d-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi ta' estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (D009369/02 - 2010/2755(RPS) - skadenza: 15/08/2010)
irreferut responsabbli: ENVI


6. Il-programm ta' attivitajiet tal-Presidenza Belġjana (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Il-programm ta' attivitajiet tal-Presidenza Belġjana

Yves Leterme (President fil-kariga tal-Kunsill) u José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu: Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE, Martin Schulz f'isem il-Grupp S&D, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Derk Jan Eppink f'isem il-Grupp ECR, Patrick Le Hyaric f'isem il-Grupp GUE/NGL, William (The Earl of) Dartmouth u Joseph Daul dwar l-iżvolġiment tad-dibattitu, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFD, Philip Claeys Membru mhux affiljat, Jean-Luc Dehaene, Kathleen Van Brempt, Frédérique Ries, Philippe Lamberts, Ryszard Antoni Legutko, Mara Bizzotto, Werner Langen, Véronique De Keyser, Frieda Brepoels, Jean-Marie Cavada, Elisa Ferreira, Íñigo Méndez de Vigo, Gilles Pargneaux, Paulo Rangel, Andrey Kovatchev, Wim van de Camp, Anne Delvaux u Marisa Matias.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Ivo Belet, Hannes Swoboda, Sonia Alfano, Andrzej Grzyb, Saïd El Khadraoui, Oreste Rossi, Petru Constantin Luhan u Mirosław Piotrowski.

Tkellmu: José Manuel Barroso u Yves Leterme

Id-dibattitu ngħalaq.


PRESIDENZA: Dagmar ROTH-BEHRENDT
Viċi President

7. L-applikazzjoni tal-Islanda għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: L-applikazzjoni tal-Islanda għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea

Steven Vanackere (President fil-kariga tal-Kunsill) u Štefan Füle (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu: Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, David-Maria Sassoli f'isem il-Grupp S&D, Johannes Cornelis van Baalen f'isem il-Grupp ALDE, Indrek Tarand f'isem il-Grupp Verts/ALE, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Søren Bo Søndergaard f'isem il-Grupp GUE/NGL, Timo Soini f'isem il-Grupp EFD, Nick Griffin Membru mhux affiljat, Elmar Brok, Arlene McCarthy, Pat the Cope Gallagher, Judith Sargentini, Peter van Dalen, Nigel Farage, Krisztina Morvai u Ria Oomen-Ruijten.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, Antigoni Papadopoulou, Chris Davies, Seán Kelly, Ian Hudghton u Jaroslav Paška.

Tkellmu: Štefan Füle u Steven Vanackere.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Cristian Dan Preda, f'isem il-Kumitat AFET, dwar l-applikazzjoni tal-Islanda għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea (B7-0407/2010)

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.14 tal- Minuti ta' 7.7.2010.


(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet: 12.00
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.05)

PRESIDENZA: Diana WALLIS
Viċi President

Tkellem Richard Howitt dwar il-qagħda fil-Maldive wara l-arrest, il-ġimgħa l-oħra, tad-deputati tal-oppożizzjoni (il-President ħadet nota tar-rimarki tal-kelliem).

8. Ħin tal-votazzjonijiet

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.


8.1. Ir-rimunerazzjoni tad-diretturi tal-kumpaniji kwotati u l-politiki ta' rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (votazzjoni) (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)

Rapport dwar ir-rimunerazzjoni tad-diretturi ta' kumpaniji elenkati u l-politiki ta' rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (2010/2009(INI)) - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Saïd El Khadraoui (A7-0208/2010)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P7_TA(2010)0265)

Interventi

Saïd El Khadraoui (rapporteur) talab għal votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet tar-rapport. Il-Parlament qabel ma' din it-talba.


8.2. Prodotti ġodda tal-ikel ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1331/2008 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 258/97 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 [11261/3/2009 - C7-0078/2010- 2008/0002(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Kartika Tamara Liotard (A7-0152/2010)

(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarata approvata kif emendata (P7_TA(2010)0266)

Interventi

Wara l-votazzjoni għall-Emenda 9, Licia Ronzulli u Mário David talbu għal verifika b'votazzjoni elettronika tal-votazzjoni għall-Emenda 5. Il-President ħadet azzjoni dwar din it-talba.


8.3. L-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Tfassil mill-ġdid) ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Riformulazzjoni) [11962/3/2009 - C7-0034/2010- 2007/0286(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Holger Krahmer (A7-0145/2010)

(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarata approvata kif emendata (P7_TA(2010)0267)


8.4. L-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità l-injam u prodotti tal-injam ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità l-injam u prodotti tal-injam [05885/4/2010 - C7-0053/2010- 2008/0198(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Satu Hassi (A7-0149/2010)

(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarata approvata kif emendata (P7_TA(2010)0268)

Interventi

Corien Wortmann-Kool dwar il-lista tal-votazzjoni tal-Grupp PPE.


8.5. Is-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 1998/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq [COM(2009)0576 - C7-0251/2009 - 2009/0161(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Antolín Sánchez Presedo (A7-0163/2010)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvat hekk kif emendat (P7_TA(2010)0269)

Tkellmu: Antolín Sánchez Presedo (rapporteur) li, bi qbil mal-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura, ressaq proposta formali lill-Parlament dwar il-possibilità li jaqbżu direttament għall-votazzjoni dwar l-abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva, Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni) u José Manuel García-Margallo y Marfil f'isem il-Grupp PPE, li talbu għal votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet dwar il-votazzjoni finali tar-rapporti A7-0169/2010, A7-0168/2010, A7-0166/2010, A7-0170/2010 u A7-0167/2010.

B'sejħa tal-ismijiet (678 favur, 4 kontra, 7 astensjonijiet), il-Parlament iddeċieda li l-votazzjoni dwar l-abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva tiġi posposta. Il-kwistjoni ntbagħtet lura għal eżami mill-ġdid lill-kumitat kompetenti.


8.6. Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ***I (votazzjoni)

Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq [COM(2009)0503 - C7-0167/2009 - 2009/0144(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sven Giegold (A7-0169/2010)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvat hekk kif emendat (P7_TA(2010)0270)

Tkellem Sven Giegold (rapporteur) li, bi qbil mal-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura, ressaq proposta formali lill-Parlament dwar il-possibilità li jaqbżu direttament għall-votazzjoni dwar l-abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva.

B'sejħa tal-ismijiet (665 favur, 5 kontra, 10 astensjonijiet), il-Parlament iddeċieda li l-votazzjoni dwar l-abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva tiġi posposta. Il-kwistjoni ntbagħtet lura għal eżami mill-ġdid lill-kumitat kompetenti.


8.7. Superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja u twaqqif ta' Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku [COM(2009)0499 - C7-0166/2009 - 2009/0140(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sylvie Goulard (A7-0168/2010)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvat hekk kif emendat (P7_TA(2010)0271)

Tkellmet Sylvie Goulard (rapporteur) li, bi qbil mal-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura, ressqet proposta formali lill-Parlament dwar il-possibilità li jaqbżu direttament għall-votazzjoni dwar l-abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva.

B'sejħa tal-ismijiet (671 favur, 5 kontra, 9 astensjonijiet), il-Parlament iddeċieda li l-votazzjoni dwar l-abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva tiġi posposta. Il-kwistjoni ntbagħtet lura għal eżami mill-ġdid lill-kumitat kompetenti.


8.8. Awtorità Bankarja Ewropea ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea [COM(2009)0501 - C7-0169/2009 - 2009/0142(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: José Manuel García-Margallo y Marfil (A7-0166/2010)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvat hekk kif emendat (P7_TA(2010)0272)

Tkellem José Manuel García-Margallo y Marfil (rapporteur) li, bi qbil mal-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura, ressaq proposta formali lill-Parlament dwar il-possibilità li jaqbżu direttament għall-votazzjoni dwar l-abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva.

B'sejħa tal-ismijiet (669 favur, 8 kontra, 9 astensjonijiet), il-Parlament iddeċieda li l-votazzjoni dwar l-abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva tiġi posposta. Il-kwistjoni ntbagħtet lura għal eżami mill-ġdid lill-kumitat kompetenti.


8.9. Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol [COM(2009)0502 - C7-0168/2009 - 2009/0143(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Peter Skinner (A7-0170/2010)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvat hekk kif emendat (P7_TA(2010)0273)

Tkellem Peter Skinner (rapporteur) li, bi qbil mal-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura, ressaq proposta formali lill-Parlament dwar il-possibilità li jaqbżu direttament għall-votazzjoni dwar l-abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva..

B'sejħa tal-ismijiet (677 favur, 5 kontra, 7 astensjonijiet), il-Parlament iddeċieda li l-votazzjoni dwar l-abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva tiġi posposta. Il-kwistjoni ntbagħtet lura għal eżami mill-ġdid lill-kumitat kompetenti.


8.10. Ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-rimunerazzjoni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-rimunerazzjoni [COM(2009)0362 - C7-0096/2009 - 2009/0099(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Arlene McCarthy (A7-0205/2010)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 10)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvat hekk kif emendat (P7_TA(2010)0274)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata (P7_TA(2010)0274)


8.11. Kompiti speċifiċi għall-Bank Ċentrali Ewropew rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jinkariga lill-Bank Ċentrali Ewropew b'kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku [05551/2010 - C7-0014/2010 - 2009/0141(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Ramon Tremosa i Balcells (A7-0167/2010)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 11)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvat hekk kif emendat (P7_TA(2010)0275)

Tkellem Ramon Tremosa i Balcells (rapporteur) li, bi qbil mal-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura, ressaq proposta formali lill-Parlament dwar il-possibilità li jaqbżu direttament għall-votazzjoni dwar l-abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva.

B'sejħa tal-ismijiet (664 favur, 12 kontra, 5 astensjonijiet), il-Parlament iddeċieda li l-votazzjoni dwar l-abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva tiġi posposta. Il-kwistjoni ntbagħtet lura għal eżami mill-ġdid lill-kumitat kompetenti.


8.12. L-Immaniġġjar Transkonfinali tal-Kriżijiet fis-Settur Bankarju (votazzjoni)

Rapport b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Immaniġġjar Transkonfinali tal-Kriżijiet fis-Settur Bankarju [2010/2006(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Elisa Ferreira (A7-0213/2010)

(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 12)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P7_TA(2010)0276)


8.13. Faċilità Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja u Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilizzazzjoni Finanzjarja u azzjonijiet futuri (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B7-0410/2010

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 13)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P7_TA(2010)0277)

Interventi

Anni Podimata biex tiċċara punt dwar l-Emenda 2 u Udo Bullmann f'isem il-Grupp S&D, dwar l-Emenda 6.


8.14. L-applikazzjoni tal-Islanda għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B7-0407/2010

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 14)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P7_TA(2010)0278)


9. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet bil-miktub tal-vot:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 170 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.

Spjegazzjonijiet orali tal-vot:

Rapport Saïd El Khadraoui - A7-0208/2010

Bruno Gollnisch, Daniel Hannan u Syed Kamall

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari: Kartika Tamara Liotard - A7-0152/2010

Giovanni La Via, Jarosław Kalinowski, Giommaria Uggias, Peter Jahr, Zigmantas Balčytis, Anna Maria Corazza Bildt, Sari Essayah, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė u Hannu Takkula

Tkellem Daniel Hannan.

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari: Holger Krahmer - A7-0145/2010

Jarosław Kalinowski, Barbara Matera, Paolo Bartolozzi u Alajos Mészáros

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari: Satu Hassi u Caroline Lucas - A7-0149/2010

Jarosław Kalinowski, Peter Jahr u Eija-Riitta Korhola

Rapport Antolín Sánchez Presedo - A7-0163/2010

Daniel Hannan

Rapport Sylvie Goulard - A7-0168/2010

Alfredo Antoniozzi

Rapport José Manuel García-Margallo y Marfil - A7-0166/2010

Laima Liucija Andrikienė, Alfredo Antoniozzi u Alfredo Pallone

Rapport Arlene McCarthy - A7-0205/2010

Hannu Takkula

Rapport Elisa Ferreira - A7-0213/2010

Clemente Mastella

Faċilità Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja u Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilizzazzjoni Finanzjarja u azzjonijiet futuri - B7-0410/2010

Anni Podimata u Inese Vaidere

L-applikazzjoni tal-Islanda għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea - B7-0407/2010

Jim Higgins, Laima Liucija Andrikienė, Daniel Hannan u Anneli Jäätteenmäki


10. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fil-websajt "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".

Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa tal-anqas ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li tgħaddi din l-iskadenza, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.


(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.35 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.05)

PRESIDENZA: Jerzy BUZEK
President

11. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel

Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.


12. L-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna * - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (dibattitu)

Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna [08029/2010 - C7-0090/2010- 2010/0816(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Elmar Brok (A7-0228/2010)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Tkellmu: Elmar Brok u Guy Verhofstadt ippreżentaw ir-rapport A7-0228/2010.

Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet dikjarazzjoni.

Tkellem Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni).

Tkellmu: Filip Kaczmarek (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Ivo Strejček (li ħa post ir-rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Roberto Gualtieri (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), Ulrike Lunacek (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Ivailo Kalfin (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT), Mario Mauro f'isem il-Grupp PPE, Hannes Swoboda f'isem il-Grupp S&D, Alexander Graf Lambsdorff f'isem il-Grupp ALDE, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Willy Meyer f'isem il-Grupp GUE/NGL, David Campbell Bannerman f'isem il-Grupp EFD, u Lucas Hartong, mhux affiljat, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Adrian Severin, Andrew Duff, Judith Sargentini, Ashley Fox, Bastiaan Belder, Philip Claeys, Jacek Saryusz-Wolski, Kristian Vigenin, Charles Goerens, Mirosław Piotrowski, Arnaud Danjean, Richard Howitt, Geoffrey Van Orden, Daniel Caspary, Thijs Berman, Tomasz Piotr Poręba, Ingeborg Gräßle, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Andrzej Grzyb, Michael Gahler, Zuzana Roithová, Paweł Zalewski u Ria Oomen-Ruijten.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Lena Kolarska-Bobińska, Ioan Mircea Paşcu, Ivo Vajgl, Antonio López-Istúriz White, Laima Liucija Andrikienė, Ana Gomes, Marek Henryk Migalski, Andrew Henry William Brons u Petru Constantin Luhan.

Tkellmu: Catherine Ashton, Maroš Šefčovič, Guy Verhofstadt u Elmar Brok.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.2 tal- Minuti ta' 8.7.2010.


PRESIDENZA: László TŐKÉS
Viċi President

13. Il-Kosovo - L-Albanija (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni: Il-Kosovo u l-Albanija

Štefan Füle (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu: Bernd Posselt f'isem il-Grupp PPE, Libor Rouček f'isem il-Grupp S&D, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, u Ulrike Lunacek f'isem il-Grupp Verts/ALE.

PRESIDENZA: Libor ROUČEK
Viċi President

Tkellmu: Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Nikolaos Chountis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bastiaan Belder f'isem il-Grupp EFD, Béla Kovács Membru mhux affiljat, Doris Pack, Pier Antonio Panzeri, Jelko Kacin, Judith Sargentini, Nirj Deva, Takis Hadjigeorgiou, Nikolaos Salavrakos, Andreas Mölzer, Eduard Kukan, Hannes Swoboda, Stanimir Ilchev, Lorenzo Fontana, Georgios Koumoutsakos, Kristian Vigenin, Alf Svensson, Victor Boştinaru u György Schöpflin.

PRESIDENZA: Diana WALLIS
Viċi President

Tkellmu: Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, María Muñiz De Urquiza u Zoran Thaler.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Raffaele Baldassarre, Izaskun Bilbao Barandica, Jaroslav Paška, László Tőkés, Elena Băsescu, Doris Pack, Csaba Sógor u Kristian Vigenin.

Tkellmu: Hannes Swoboda, dwar l-organizzazzjoni tad-dibattitu u Štefan Füle.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Nikolaos Chountis, f'isem il-Kumitat AFET, dwar l-Albanija (B7-0408/2010)

- Ulrike Lunacek, f'isem il-Kumitat AFET, dwar il-proċess ta' integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo (B7-0409/2010)

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.3 tal- Minuti ta' 8.7.2010 u punt 6.4 tal- Minuti ta' 8.7.2010.


14. Talba għall-ħarsien tal-immunità Parlamentari

Luigi de Magistris ressaq quddiem il-Presidenza t-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi tiegħu fil-kuntest ta' proċediment pendenti fit-Tribunal ta' Benevento (l-Italja).

Skont l-Artikolu 6(3) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba tressqet lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.


15. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mill-Gruppi PPE u S&D it-talbiet ta' ħatra li ġejjin:

Kumitat PECH: Gabriel Mato Adrover minflok Salvador Garriga Polledo

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewromediterranja: Marc Tarabella

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


16. It-tiftix għaż-żejt u l-estrazzjoni taż-żejt - riskji, responsabbiltà u regolamentazzjoni (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: It-tiftix għaż-żejt u l-estrazzjoni taż-żejt - riskji, responsabbiltà u regolamentazzjoni

Paul Magnette (President fil-kariga tal-Kunsill), Günther Oettinger (Membru tal-Kummissjoni) u Maria Damanaki (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu: Richard Seeber f'isem il-Grupp PPE, Jo Leinen f'isem il-Grupp S&D, Corinne Lepage f'isem il-Grupp ALDE, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Konrad Szymański f'isem il-Grupp ECR, Elie Hoarau f'isem il-Grupp GUE/NGL, Pilar del Castillo Vera, Edit Herczog, Gerben-Jan Gerbrandy, Bart Staes, Bogusław Sonik, Ulrike Rodust, Herbert Reul, Kriton Arsenis u Licia Ronzulli.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elisabeth Köstinger, Janusz Władysław Zemke, Barbara Matera, Angelika Werthmann, Elena Oana Antonescu u Petru Constantin Luhan.

Tkellmu: Günther Oettinger, Maria Damanaki u Paul Magnette.

Id-dibattitu ngħalaq.


(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 19.30 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21 heures)

PRESIDENZA: Roberta ANGELILLI
Viċi President

17. Is-sitwazzjoni fil-Kirgiżistan (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fil-Kirgiżistan

Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.

Tkellmet Kristalina Georgieva (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu: Paolo Bartolozzi f'isem il-Grupp PPE, Hannes Swoboda f'isem il-Grupp S&D, Niccolò Rinaldi f'isem il-Grupp ALDE, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Struan Stevenson f'isem il-Grupp ECR, Joe Higgins f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bastiaan Belder f'isem il-Grupp EFD, Csanád Szegedi Membru mhux affiljat, Elisabeth Jeggle, Kristian Vigenin, Marie-Christine Vergiat, David Campbell Bannerman, Alojz Peterle, Katarína Neveďalová, Andrzej Grzyb, Justas Vincas Paleckis u Joachim Zeller.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, Indrek Tarand u Herbert Dorfmann.

Tkellmu: Catherine Ashton u Kristalina Georgieva.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Heidi Hautala, Bart Staes u Nicole Kiil-Nielsen f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar is-sitwazzjoni fil-Kirgiżistan (B7-0419/2010)

- Elmar Brok, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Paolo Bartolozzi, Cristian Dan Preda u Mario Mauro f'isem il-Grupp PPE, dwar il-Kirgiżistan (B7-0420/2010)

- Niccolò Rinaldi, Metin Kazak, Ramon Tremosa i Balcells, Anneli Jäätteenmäki, Marielle De Sarnez u Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-Kirgiżistan (B7-0422/2010)

- Hannes Swoboda, Adrian Severin u Henri Weber f'isem il-Grupp S&D, dwar is-sitwazzjoni fil-Kirgiżistan (B7-0423/2010)

- Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar is-sitwazzjoni fil-Kirgiżistan (B7-0424/2010)

- Michał Tomasz Kamiński, Adam Bielan, Jacek Olgierd Kurski, Tomasz Piotr Poręba, Charles Tannock, Konrad Szymański, Zbigniew Ziobro, Janusz Wojciechowski u Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR, dwar is-sitwazzjoni fil-Kirgiżistan (B7-0434/2010)

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.5 tal- Minuti ta' 8.7.2010.


18. L-HIV/AIDS fil-perspettiva tat-XVIII-il Konferenza Internazzjonali dwar l-AIDS (Vjenna, 18-23 ta' Lulju 2010) (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: L-HIV/AIDS fil-perspettiva tat-XVIII-il Konferenza Internazzjonali dwar l-AIDS (Vjenna, 18-23 ta' Lulju 2010)

Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.

Tkellmu: Lena Kolarska-Bobińska f'isem il-Grupp PPE, Michael Cashman f'isem il-Grupp S&D, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, Seán Kelly, Ulrike Lunacek u Miroslav Mikolášik.

PRESIDENZA: Isabelle DURANT
Viċi President

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Salvatore Iacolino, Angelika Werthmann u Georgios Papanikolaou.

Tkellmet Catherine Ashton.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Véronique De Keyser, Michael Cashman, Thijs Berman u Linda McAvan f'isem il-Grupp S&D, dwar approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għar-reazzjoni tal-UE għall-HIV/AIDS (B7-0412/2010)

- Sophia in 't Veld, Charles Goerens, Ramon Tremosa i Balcells u Leonidas Donskis f'isem il-Grupp ALDE, dwar approċċ għall-AIDS/HIV ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem (B7-0421/2010)

- Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, dwar approċċ ibbażat fuq id-drittijiet fir-reazzjoni tal-UE għall-HIV/AIDS (B7-0425/2010)

- Ulrike Lunacek, Heidi Hautala, Barbara Lochbihler u Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għar-reazzjoni tal-UE għall-HIV/AIDS (B7-0426/2010)

- Gay Mitchell, Filip Kaczmarek u Lena Kolarska-Bobińska f'isem il-Grupp PPE, dwar l-HIV/AIDS fil-perspettiva tat-XVIII-il Konferenza Internazzjonali dwar l-AIDS (Vjenna, 18-23 ta' Lulju 2010) (B7-0427/2010)

- Gabriele Zimmer, Bairbre de Brún u Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għar-reazzjoni tal-UE għall-HIV/AIDS (B7-0428/2010).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.6 tal- Minuti ta' 8.7.2010.


19. Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjon tat-Tip Cluster (CCM) fl-1 ta' Awwissu 2010 u r-rwol tal-UE (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjon tat-Tip Cluster (CCM) fl-1 ta' Awwissu 2010 u r-rwol tal-UE

Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.

Tkellmu: Michael Gahler f'isem il-Grupp PPE, Ana Gomes f'isem il-Grupp S&D, Elizabeth Lynne f'isem il-Grupp ALDE, Ulrike Lunacek f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Sabine Lösing f'isem il-Grupp GUE/NGL.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Georgios Papanikolaou, Miroslav Mikolášik u Seán Kelly.

Tkellmet Catherine Ashton.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Ulrike Lunacek, Raül Romeva i Rueda, Barbara Lochbihler u Reinhard Bütikofer f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet ta' Tferrix (CCM) u r-rwol tal-UE (B7-0413/2010)

- Elmar Brok, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Michael Gahler, Arnaud Danjean, Lena Kolarska-Bobińska u Mario Mauro f'isem il-Grupp PPE, dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet ta' Tferrix (CCM) u r-rwol tal-UE (B7-0429/2010)

- Roberto Gualtieri f'isem il-Grupp S&D, dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet ta' Tferrix (CCM) u r-rwol tal-UE (B7-0430/2010)

- Johannes Cornelis van Baalen u Elizabeth Lynne f'isem il-Grupp ALDE, dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet ta' Tferrix (CCM) u r-rwol tal-UE (B7-0431/2010)

- Sabine Lösing, Willy Meyer, Joe Higgins, Nikolaos Chountis, Takis Hadjigeorgiou, Kyriacos Triantaphyllides u Ilda Figueiredo f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet ta' Tferrix (CCM) u r-rwol tal-UE (B7-0432/2010)

- Michał Tomasz Kamiński, Adam Bielan, Tomasz Piotr Poręba, Charles Tannock, Konrad Szymański, Ryszard Czarnecki, Jacek Olgierd Kurski u Zbigniew Ziobro f'isem il-Grupp ECR, dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet ta' Tferrix (CCM) u r-rwol tal-UE (B7-0433/2010).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.7 tal- Minuti ta' 8.7.2010.


20. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 444.569/OJJE).


21. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.10.

Klaus Welle

Diana Wallis

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Iffirmaw:

Abad, Áder, Agnew, Albertini, Albrecht, Alfano, Alfonsi, Allam, Alvarez, Alvaro, Alves, Andreasen, Andrés Barea, Andrikienė, Angelilli, Angourakis, Antinoro, Antonescu, Antoniozzi, Arias Echeverría, Arif, Arlacchi, Arsenis, Ashworth, Atkins, Attard-Montalto, Auconie, Audy, Auken, Ayala Sender, Aylward, Ayuso, van Baalen, Bach, Badia i Cutchet, Balčytis, Baldassarre, Balz, Balzani, Bartolozzi, Băsescu, Bastos, Batten, Baudis, Bauer, Bearder, Becali, Béchu, Belder, Belet, Bélier, Bendtsen, Bennahmias, Berès, Berlato, Berlinguer, Berman, Besset, Bielan, Bilbao Barandica, Binev, Bisky, Bizzotto, Bloom, Bodu, Böge, Bokros, Borghezio, Borsellino, Borys, Boştinaru, Bowles, Bozkurt, Bradbourn, Brepoels, Březina, Brok, Brons, Brzobohatá, Bufton, Bullmann, Buşoi, Busuttil, Bütikofer, Buzek, Cabrnoch, Cadec, Callanan, van de Camp, Campbell Bannerman, Cancian, Canfin, Capoulas Santos, Caronna, Carvalho, Casa, Cashman, Casini, Caspary, Castex, del Castillo Vera, Cavada, Chatzimarkakis, Chichester, Childers, Chountis, Christensen, Claeys, Clark, Coelho, Cofferati, Collino, Comi, Corazza Bildt, Cornelissen, Correia De Campos, Cortés Lastra, Silvia Costa, Cozzolino, Cramer, Creţu, Creutzmann, Crocetta, Cutaş, Cymański, Frédéric Daerden, van Dalen, Dăncilă, Danellis, Danjean, Dantin, (The Earl of) Dartmouth, Dati, Daul, David, Davies, De Angelis, de Brún, De Castro, Dehaene, De Keyser, Delli, Delvaux, de Magistris, De Mita, De Rossa, De Sarnez, Désir, Deß, Deva, De Veyrac, Díaz de Mera García Consuegra, Dodds, Domenici, Donskis, Dorfmann, Duff, Durant, Dušek, Ehrenhauser, Eickhout, El Khadraoui, Elles, Enciu, Engel, Engström, Eppink, Ernst, Ertug, Essayah, Estaràs Ferragut, Estrela, Evans, Fajmon, Fajon, Falbr, Farage, Färm, Feio, Ferber, Fernandes, Elisa Ferreira, João Ferreira, Fidanza, Figueiredo, Fisas Ayxela, Fjellner, Flautre, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Ford, Foster, Fox, Fraga Estévez, Franco, Gahler, Gál, Gallagher, Gallo, Gáll-Pelcz, García-Margallo y Marfil, García Pérez, Gardiazábal Rubial, Gardini, Garriga Polledo, Gauzès, Gebhardt, Geier, Gerbrandy, Geringer de Oedenberg, Giannakou, Giegold, Gierek, Girling, Glante, Glattfelder, Godmanis, Goebbels, Goerens, Gollnisch, Gomes, Göncz, Goulard, de Grandes Pascual, Gräßle, Grech, Grelier, Griesbeck, Griffin, Gróbarczyk, Groote, Grosch, Grossetête, Gruny, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Gurmai, Győri, Gyürk, Hadjigeorgiou, Häfner, Haglund, Hall, Händel, Handzlik, Hankiss, Hannan, Harbour, Harkin, Hartong, Hassi, Haug, Häusling, Hautala, Jiří Havel, Hedh, Helmer, Hénin, Herczog, Herranz García, Hibner, Jim Higgins, Joe Higgins, Nadja Hirsch, Hoang Ngoc, Hoarau, Hohlmeier, Hökmark, Honeyball, Howitt, Danuta Maria Hübner, Hudghton, Hughes, Hyusmenova, Iacolino, Ibrisagic, Ilchev, Imbrasas, in 't Veld, Iotova, Iovine, Itälä, Iturgaiz Angulo, Ivanova, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jáuregui Atondo, Jazłowiecka, Jędrzejewska, Jeggle, Jensen, Jiménez-Becerril Barrio, de Jong, Jørgensen, Junqueras Vies, Juvin, Kacin, Kaczmarek, Kadenbach, Kalfin, Kalinowski, Kalniete, Kamall, Kamiński, Kammerevert, Karas, Karim, Kariņš, Kasoulides, Kastler, Kazak, Tunne Kelam, Keller, Alan Kelly, Seán Kelly, Kiil-Nielsen, Kirilov, Kirkhope, Klaß, Klinz, Klute, Koch, Koch-Mehrin, Kohlíček, Kolarska-Bobińska, Koppa, Korhola, Kósa, Köstinger, Koumoutsakos, Béla Kovács, Kovatchev, Kowal, Kozlík, Kozłowski, Kožušník, Krahmer, Krehl, Kreissl-Dörfler, Kuhn, Kukan, Kurski, Lamassoure, Lambert, Lamberts, Lambrinidis, Lambsdorff, Lange, de Lange, Langen, La Via, Lechner, Le Foll, Le Grip, Legutko, Lehne, Le Hyaric, Leichtfried, Leinen, Lepage, Marine Le Pen, Liberadzki, Lichtenberger, Liese, Liotard, Lisek, Lochbihler, Løkkegaard, Lope Fontagné, López Aguilar, López-Istúriz White, Lösing, Lövin, Ludford, Ludvigsson, Luhan, Łukacijewska, Lulling, Lunacek, Lynne, Lyon, McAvan, McCarthy, McClarkin, McGuinness, McMillan-Scott, Macovei, Madlener, Manders, Mănescu, Mann, Manner, Marcinkiewicz, Marinescu, David Martin, Hans-Peter Martin, Martínez Martínez, Masip Hidalgo, Maštálka, Mastella, Matera, Mathieu, Matias, Mato Adrover, Matula, Mauro, Mavronikolas, Mayer, Mayor Oreja, Mazzoni, Meissner, Mélenchon, Melo, Méndez de Vigo, Menéndez del Valle, Merkies, Messerschmidt, Mészáros, Meyer, Louis Michel, Migalski, Mikolášik, Millán Mon, Mirsky, Mitchell, Mölzer, Moraes, Moreira, Morganti, Morin-Chartier, Morkūnaitė-Mikulėnienė, Morvai, Motti, Mulder, Muñiz De Urquiza, Muscardini, Nattrass, Nedelcheva, Neuser, Neveďalová, Newton Dunn, Neynsky, Nicholson, Nicolai, Niculescu, Niebler, van Nistelrooij, Nitras, Nuttall, Obermayr, Obiols, Ojuland, Olbrycht, Olejniczak, Oomen-Ruijten, Őry, Oviir, Pack, Padar, Paksas, Paleckis, Paliadeli, Pallone, Panayotov, Panzeri, Papadopoulou, Papanikolaou, Papastamkos, Pargneaux, Parvanova, Paşcu, Paška, Patrão Neves, Patriciello, Paulsen, Perello Rodriguez, Alojz Peterle, Pieper, Pietikäinen, Piotrowski, Pirillo, Pittella, Plumb, Poc, Podimata, Ponga, Poręba, Posselt, Pöttering, Poupakis, Preda, Vittorio Prodi, Protasiewicz, Quisthoudt-Rowohl, Rangel, Ranner, Ransdorf, Rapkay, Rapti, Regner, Reimers, Remek, Repo, Reul, Riera Madurell, Ries, Rinaldi, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodust, Rohde, Roithová, Romero López, Romeva i Rueda, Ronzulli, Rosbach, Rossi, Roth-Behrendt, Rouček, Rübig, Rubiks, Rühle, Saïfi, Salafranca Sánchez-Neyra, Salavrakos, Salvini, Sánchez Presedo, Sârbu, Sargentini, Sartori, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Savisaar, Schaake, Schaldemose, Schnellhardt, Schnieber-Jastram, Scholz, Schöpflin, Schroedter, Werner Schulz, Schwab, Scicluna, Scottà, Scurria, Seeber, Sehnalová, Senyszyn, Serracchiani, Severin, Siekierski, Silvestris, Simon, Simpson, Sinclaire, Sippel, Siwiec, Skinner, Skrzydlewska, Skylakakis, Smith, Smolková, Sógor, Soini, Sommer, Søndergaard, Sonik, Sosa Wagner, Soullie, Speroni, Staes, Stassen, Šťastný, Stavrakakis, Steinruck, Sterckx, Stevenson, Stihler, van der Stoep, Stolojan, Dimitar Stoyanov, Emil Stoyanov, Strasser, Strejček, Striffler, Sturdy, Surján, Susta, Alf Svensson, Eva-Britt Svensson, Swinburne, Swoboda, Szájer, Szegedi, Tabajdi, Takkula, Tănăsescu, Tannock, Tarabella, Tarand, Tatarella, Taylor, Teixeira, Thaler, Thein, Theurer, Thomsen, Thun und Hohenstein, Thyssen, Ţicău, Tirolien, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tošenovský, Toussas, Trautmann, Tremopoulos, Tremosa i Balcells, Triantaphyllides, Trzaskowski, Tsoukalas, Turmes, Turunen, Tzavela, Uggias, Ulmer, Ulvskog, Ungureanu, Urutchev, Uspaskich, Vadim Tudor, Vaidere, Vajgl, Van Brempt, Van Orden, Vaughan, Vergiat, Vergnaud, Verheyen, Vidal-Quadras, Vigenin, de Villiers, Vlasák, Vlasto, Voss, Jarosław Leszek Wałęsa, Wallis, Watson, Henri Weber, Manfred Weber, Renate Weber, Weiler, Weisgerber, Werthmann, Westphal, Wieland, Wikström, Willmott, Wils, Hermann Winkler, Iuliu Winkler, Włosowicz, Wojciechowski, Wortmann-Kool, Yáñez-Barnuevo García, Yannakoudakis, Záborská, Zahradil, Zala, Zalewski, Zanicchi, Zasada, Ždanoka, Zeller, Zemke, Zīle, Zimmer, Ziobro, Zver, Zwiefka

Avviż legali - Politika tal-privatezza