Rapport dwar il-futur tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013 [2009/2236(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: George Lyon (A7-0204/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)
- Ulrike Rodust, biex turi diverġenza bejn il-verżjoni Ġermaniża u l-verżjoni Ingliża tal-premessa AE (il-President wieġeb li l-verżjonijiet lingwistiċi kollha se jkunu armonizzati);
-George Lyon (rapporteur), Pablo Arias Echeverría u Elizabeth Lynne dwar l-iżvolġiment tal-votazzjoni;
- Albert Deß f'isem il-Grupp PPE, l-ewwel biex jiċċara li l-grupp tiegħu rtira t-talba tiegħu għal votazzjoni maqsuma għall-premessa AE (il-President wieġeb li t-talba ntressqet minn diversi gruppi u li għaldaqstant il-votazzjoni maqsuma nżammet), imbagħad biex jirrakkomanda lill-membri tal-grupp tiegħu vot pożittiv dwar din il-premessa.