L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Settembru I 2010 (PE 446.327/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
It-2 ta' Settembru 2010, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali adotta r-rapport ta' Bernhard Rapkay dwar it-tneħħija tal-immunitáta' Viktor Uspaskich (A7-0244/2010). Skont l-Artikolu 7 (8) tar-Regoli ta' Proċedura dan ir-rapport jidħol bħala l-ewwel punt fuq l-Aġenda ta' din il-lejla.
° ° ° °
Il-President irċieva talba għall-applikazzjoni ta' proċedura urġenti (Artikolu 142 tar-Regoli ta' Proċedura ) minn Roberta Angelilli, Gianni Pittella u tal-anqas 40 Membri oħrajn, sabiex d-diskussjoni dwar Sakineh Mohammadi Ashtiani (Punt 143 tal-Abbozz tal-Aġenda) titressaq għat-Tnejn minflok il-Ħamis wara nofsinhar.
Tkellem Gianni Pittella, minflok Roberta Angelilli, li ressaq il-mozzjoni, Mario Mauro, li ssekonda l-mozzjoni u Hannes Swoboda, li insista li l-votazzjoni dwar it-test imressaq fi tmiem id-diskussjoni issir malajr kemm jista' jkun.
L'urġenza ġiet aċċettata. Dan il-punt iddaħal fl-Abbozz tal-Aġenda tal-ġurnata.
L-iskadenza għat-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet ġiet iffissata għat-Tnejn,
6 ta' Settembru 2010 fis-19.00 u għat-Tlieta, 7 Settembru 2010 f'12.00 għal proposti għal riżoluzzjonijiet konġunti.
Votazzjoni: l-Erbgħa
It-Tlieta
Ma ġew proposti ebda bidliet.
° ° ° °
Il-President enfasizza l-importanza tad-diskussjoni dwar l-Istat tal-Unjoni mdaħħal fl-Aġenda tat-Tlieta filgħodu (punt 85 tal-Abbozz tal-Aġenda).
Matul il-laqgħa tal-Ħamis, 2 ta' Settembru 2010, il-Konferenza tal-Presidenti għamlet proposti dwar il-modalitajiet ta' kif issir id-diskussjoni bl-iskop partikolari li jkun hemm preżenża qawwija ta' Membri fil-Kamra. Il-Bureau ikun inkarigat li jagħmel dawn il-modalitajiet fil-laqgħa tal-lejla. Il-President talab sollennement lill-Membri biex jipparteċipaw għal din id-diskussjoni.
Tkellmu: Bernd Posselt u Sarah Ludford, biex jopponu l-proposti tal-Konferenza tal-Presidenti.
Tkellem Joseph Daul, biex jippreċiża l-kuntest li fih saru dawn il-propost u biex jitħalla f'idejn id-deċiżjoni tal-Bureau.
Tkellem Francesco Enrico Speroni biex jitlob li l-Parlament jippronunzja ruħu b'votazzjoni dwar il-proposti tal-Konferenza tal-Presidenti.
L-Erbgħa
Ma ġew proposti ebda bidliet.
Il-Ħamis
Diskussjoni dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u l-istat tad-dritt (Artikolu 122 tar-Regoli ta' Proċedura):
B'konformita' mad-Deċiżjoni tal-Parlament id-diskussjoni dwar il-każ ta' Sakineh Mohammadi Ashtiani għandha ssir it-Tnejn.