22. Implimentazzjoni u reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (Brussell I) (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali [2009/2140(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A7-0219/2010)
Tadeusz Zwiefka għamel il-preżentazzjoni.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Evelyn Regner, Sebastian Valentin Bodu u Monika Flašíková Beňová.