Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawżola ta' salvagwardja bilaterali tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Korea [COM(2010)0049 - C7-0025/2010 - 2010/0032(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Pablo Zalba Bidegain (A7-0210/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 11)
Tkellmu: Pablo Zalba Bidegain, rapporteur li skont l-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura għamel proposta formali lill-Parlament Ewropew dwar kemm kien opportun li l-abbozz ta' riżoluzzjoni jgħaddi għall-votazzjoni, u Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni) biex jgħarraf il-pożizzjoni tal-Kummissjoni.
Il-Parlament iddeċieda li jipposponi l-votazzjoni fuq l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva. Il-kwistjoni tqiset posposta biex terġa' tiġi eżaminata mill-kumitat komopetenti.