Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B7-0454/2010).
Tkellem Gay Mitchell dwar l-iżvolġiment tal-ħin għall-mistoqsijiet.
Mistoqsija 16 (Justas Vincas Paleckis): Il-leġiżlazzjoni dwar il-ġestjoni u l-ħżin tal-iskart radjuattiv.
Karel De Gucht (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Justas Vincas Paleckis u Silvia-Adriana Ţicău.
Mistoqsija 17 (Liam Aylward): L-SMEs Ewropej, il-kummerċ internazzjonali u l-impjieg tat-tfal.
Karel De Gucht wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Liam Aylward u Paul Rübig.
Mistoqsija 18 (Mairead McGuinness): L-impatt eventwali tat-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika.
Karel De Gucht wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Mairead McGuinness u Marian Harkin.
Mistoqsija 19 (Vilija Blinkevičiūtė): L-implimentazzjoni tar-riformi tal-pensjoni skont l-istrateġija Ewropa 2020.
László Andor (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija kif ukoll mistoqsija supplementari ta' Vilija Blinkevičiūtė.
Mistoqsija 20 (Georgios Papanikolaou): L-impatt fuq iż-żgħażagħ tal-kundizzjonijiet il-ġodda tal-impjiegi.
László Andor wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Georgios Papanikolaou u Brian Crowley.
Mistoqsija 23 (Gay Mitchell): Samit dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju.
Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija kif ukoll mistoqsija supplementari ta' Gay Mitchell.
Mistoqsija 22 (Pat the Cope Gallagher): Is-Samit UE-Afrika li ġej.
Andris Piebalgs wieġeb il-mistoqsija kif ukoll mistoqsija supplementari ta' Pat the Cope Gallagher.
Mistoqsija 26 (Silvia-Adriana Ţicău): Miżuri għal ġlieda kontra n-nixfa u d-deżertifikazzjoni.
Connie Hedegaard (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsija kif ukoll mistoqsija supplementari ta' Silvia-Adriana Ţicău.
Mistoqsija 27 (Karl-Heinz Florenz): It-tħejjija għall-Konferenza tal-Partijiet fil-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Klima COP 16.
Connie Hedegaard wieġbet il-mistoqsijiet kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Karl-Heinz Florenz u Andres Perello Rodriguez.
Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)
Il-ħin għall-mistoqsijiet riżervat għall-Kummissjoni ntemm.