Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 8 ta' Settembru 2010 - Strasburgu

PRESIDENZA: Edward McMILLAN-SCOTT
Viċi President

6. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.


6.1. Il-protezzjoni tal-annimali użati għal raġunijiet xjentifiċi ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal għanijiet xjentifiċi [06106/1/2010 - C7-0147/2010- 2008/0211(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Elisabeth Jeggle (A7-0230/2010)

(Maġġoranza kwalifikata)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarata approvata kif emendata (P7_TA(2010)0308)

Interventi qabel il-votazzjoni
Sonia Alfano biex titlob li r-rakkomandazzjoni tiġi riferuta lura lill-Kumitat, skont l-Artikolu 175, paragrafu 2, tar-Regoli ta' Proċedura; Jill Evans f'isem il-Grupp Verts/ALE, favur it-talba, Paolo De Castro, President tal-Kumitat AGRI, kif ukoll Elisabeth Jeggle, rapporteur, kontra t-talba, u Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, biex tiċċara l-pożizzjoni tal-grupp tagħha.

Il-Parlament ma laqax din it-talba.

Interventi wara l-votazzjoniInterventi wara l-votazzjoni
Mário David u Nicole Sinclaire dwar is-sistema tal-posta elettronika.


6.2. Il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri: It-Tieni Parti tal-Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020 [COM(2010)0193 - C7-0111/2010- 2010/0115(NLE)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Csaba Őry (A7-0235/2010)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvata hekk kif emendata (P7_TA(2010)0309)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottat (P7_TA(2010)0309)

Interventi

Wara l-votazzjoni, Olle Ludvigsson li ġibed l-attenzjoni li kien hemm żball fil-verżjoni Svediża tal-emenda 48 u Jutta Steinruck li talbet lill-Kunsill biex iqis il-vot li esprima l-Parlament.


6.3. Id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, b'mod partikolari l-każijiet ta' Sakineh Mohammadi-Ashtiani u ta' Zahra Bahrami (votazzjoni)

Id-dibattitu sar fid-data 6 ta' Settembru 2010 (punt 18 tal- Minuti ta' 6.9.2010).

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni tħabbru fid-data 7 ta' Settembru 2010 (punt 10 tal- Minuti ta' 7.9.2010).

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B7-0494/2010, B7-0495/2010, B7-0496/2010, B7-0497/2010, B7-0498/2010, B7-0499/2010 u B7-0501/2010

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA RC-B7-0494/2010

(flok B7-0494/2010, B7-0495/2010, B7-0496/2010, B7-0497/2010, B7-0498/2010, B7-0499/2010 u B7-0501/2010):

imressqa mill-Membri li ġejjin:

Roberta Angelilli, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Ria Oomen-Ruijten, Mario Mauro, Potito Salatto, Filip Kaczmarek, Laima Liucija Andrikienė, Elena Băsescu, Sari Essayah, Tunne Kelam, Lena Kolarska-Bobińska, Erminia Mazzoni, Bernd Posselt, Cristian Dan Preda, Kurt Lechner, Joanna Katarzyna Skrzydlewska u Sławomir Witold Nitras f'isem il-Grupp PPE,

Véronique De Keyser, María Muñiz De Urquiza, Ana Gomes, Edite Estrela, Emine Bozkurt, Rovana Plumb, Silvia Costa, Francesca Balzani, Patrizia Toia, Rita Borsellino, Debora Serracchiani u Marc Tarabella f'isem il-Grupp S&D,

Frédérique Ries, Marietje Schaake, Ramon Tremosa i Balcells, Marielle De Sarnez, Alexander Alvaro, Renate Weber, Leonidas Donskis, Niccolò Rinaldi, Sonia Alfano u Annemie Neyts-Uyttebroeck f'isem il-Grupp ALDE,

Isabelle Durant, Nicole Kiil-Nielsen, Emilie Turunen u Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE,

Charles Tannock u Geoffrey Van Orden f'isem il-Grupp ECR,

Marie-Christine Vergiat u Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL

Fiorello Provera u Bastiaan Belder f'isem il-Grupp EFD

Adottata (P7_TA(2010)0310)

Interventi

Qabel il-votazzjoni, Mario Mauro, biex jitlob li l-votazzjoni finali ssir permezz ta' sejħa tal-ismijiet.

Il-Parlament approva din t-talba.

Richard Howitt, biex jitlob li l-proċedura ta' votazzjoni permezz ta' sejħa tal-ismijiet tiġi applikata wkoll għall-Paragrafu 7 u għaċ-Ċitazzjoni 5 tat-test.

B'segwitu għall-oġġezzjonijiet li tqajmu, din it-tieni talba ma ntlaqgħatx.

Avviż legali - Politika tal-privatezza