Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fis-sit "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa tal-anqas ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
° ° ° °
Reinhard Bütikofer indika li l-apparat tal-votazzjoni tiegħu ma kienx ħadem waqt il-votazzjonijiet għar-rakkomandazzjoni Elisabeth Jeggle .(A7-0230/2010) u r-rapport Csaba Őry (A7-0235/2010).
Véronique De Keyser indikat li l-apparat tal-votazzjoni tagħha ma kienx ħadem waqt il-votazzjoni għal proposta għal riżoluzzjoni komuni RC-B7-0494/2010.
John Attard-Montalto indika li l-apparat tal-votazzjoni tiegħu ma ħadimx tajjeb.