Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B7-0454/2010).
Mistoqsija 1 (Vilija Blinkevičiūtė): Il-persuni b'diżabilità u l-istrateġija Ewropa 2020.
Olivier Chastel (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Vilija Blinkevičiūtė, Janusz Władysław Zemke u Silvia-Adriana Ţicău.
Mistoqsija 2 (Rodi Kratsa-Tsagaropoulou): Aġġustament baġitarju u dejn privat.
Olivier Chastel wieġeb il-mistoqsija kif ukoll mistoqsija supplementari ta' Rodi Kratsa-Tsagaropoulou.
Mistoqsija 3 (Silvia-Adriana Ţicău): Evalwazzjoni mill-ġdid tan-netwerk TEN-T.
Olivier Chastel wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Silvia-Adriana Ţicău, Nikolaos Chountis u Janusz Władysław Zemke.
Mistoqsija 4 (Georgios Papanikolaou): Evalwazzjoni tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinament.
Olivier Chastel wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Georgios Papanikolaou u Vilija Blinkevičiūtė.
Mistoqsija 5 (Nikolaos Chountis): Il-Memorandum ta' Ftehim konkluż mill-Greċja mal-UE u mal-IMF u l-inflazzjoni li dejjem qed tispara 'l fuq..
Olivier Chastel wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Nikolaos Chountis u Georgios Papanikolaou.
Mistoqsija 6 (Laima Liucija Andrikienė): Il-prijoritajiet tal-Presidenza Belġjana rigward in-Nazzjonijiet Uniti u l-korpi tan-NU.
Olivier Chastel wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Laima Liucija Andrikienė u Paul Rübig.
Olivier Chastel wieġeb il-mistoqsija kif ukoll mistoqsija supplementari ta' Ryszard Czarnecki.
Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)
Il-ħin għall-mistoqsijiet riżervat għall-Kunsill intemm.