6. In-nuqqas ta' proċess trasparenti għall-Ftehim Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) u kontenut potenzjalment oġġezzjonabbli - Id-dikjarazzjoni ta’ sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (dikjarazzjonijiet bil-miktub)
Id-dikjarazzjoni bil-miktub 0012/2010 ippreżentata mill-Membri Françoise Castex, Zuzana Roithová, Alexander Alvaro u Stavros Lambrinidis dwar in-nuqqas ta' proċess trasparenti għall-Ftehim Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) u kontenut potenzjalment oġġezzjonabbli sad-data 9 ta' Settembru 2010 ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. Għalhekk, skont l-Artikolu 123(3) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, se titressaq lid-destinatarji tagħha u tiġi ppubblikata fit-Testi Adottati ta' din is-seduta (P7_TA(2010)0317), waqt li l-ismijiet tal-firmatarji jiġu indikati fil-Minuti (punt Anness 1 tal-Minuti tad-data 9.9.2010).
Id-Dikjarazzjoni bil-Miktub 0020/2010 ippreżentata mill-Membri Marc Tarabella, Barbara Matera, Marije Cornelissen, Ilda Figueiredo u Antonyia Parvanova dwar id-dikjarazzjoni ta’ sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, sad-data 9 ta' Settembru 2010 ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. Għalhekk, skont l-Artikolu 123(3) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, se titressaq lid-destinatarji tagħha u tiġi ppubblikata fit-Testi Adottati ta' din is-seduta (P7_TA(2010)0318), waqt li l-ismijiet tal-firmatarji jiġu indikati fil-Minuti (punt Anness 2 tal-Minuti tad-data 9.9.2010).
Tkellmet Ilda Figueiredo dwar id-dikjarazzjoni bil-miktub 0020/2010.