Charles Tannock, Heidi Hautala, Marisa Matias, Véronique De Keyser, Bernd Posselt u Frédérique Ries ippreżentaw il- mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.
Tkellmu: Monica Luisa Macovei f'isem il-Grupp PPE, Corina Creţu f'isem il-Grupp S&D, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Paweł Robert Kowal f'isem il-Grupp ECR, Elena Băsescu u Cristian Dan Preda.
Tkellmu skont il-proċedura 'catch the eye' Tadeusz Zwiefka, Angelika Werthmann, Miroslav Mikolášik, Eija-Riitta Korhola u Bogusław Sonik.
Tkellmu: Connie Hedegaard (Membru tal-Kummissjoni) u Bernd Posselt, dan tal-aħħar dwar il-proċedura applikabbli għall-votazzjoni finali għall- imozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta.