Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 20 ta' Settembru 2010 - Strasburgu

5. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Ungeriżi kienu avżaw bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Zoltán Bagó minflok Enikő Győri bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 12 ta' Settembru 2010.

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe tilwima, Zoltán Bagó jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel jidħol fil-kariga fil-Parlament ikun għamel dikjarazzjoni bil-miktub li huwa ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew .

Avviż legali - Politika tal-privatezza