Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 20 ta' Settembru 2010 - Strasburgu

6. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura):

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (00028/2010/LEX - C7-0276/2010 - 2008/0247(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta' osservazzjoni tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013) (00022/2010/LEX - C7-0274/2010 - 2009/0070(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 (00024/2010/LEX - C7-0272/2010 - 2009/0047(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (00037/2010/LEX - C7-0271/2010 - 2008/0211(COD))

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi Programm Konġunt ta' Riċerka u Żvilupp dwar il-Baħar Baltiku (BONUS) li huma impenjati fih diversi Stati Membri (00021/2010/LEX - C7-0269/2010 - 2009/0169(COD)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza