L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Settembru II 2010 (PE 446.632/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Talba tal-Grupp S&D li tfittex li tħassar mill-aġenda l-preżentazzjoni qasira tar-rapport ta' Marielle Gallo (punt 46 tal-Abbozz tal-Aġenda).
Tkellmu: Martin Schulz f'isem il-Grupp S&D, li għamel it-talba, Marielle Gallo (rapporteur) kontra t-talba u Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, favur it-talba.
Talba tal-Grupp ECR li tfittex li tressaq il-votazzjoni dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar in-nuqqasijiet fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (point 73 du PDOJ).Tkellmu: Philip Bradbourn f'isem il-Grupp ECR, li għamel it-talba, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, favur it-talba, u Francesco Enrico Speroni f'isem il-Grupp EFD, kontra t-talba.