F'isem il-Parlament, il-President ta ġieħ lill-memorja ta' Egon A. Klepsch, President tal-Parlament Ewropew mill-1992 sal-1994.
Il-Parlament osserva minuta silenzju.
3. Avviż mill-Presidenza
Il-President tkellem dwar il-konsegwenzi possibbli tal-istrajk previst għall-Ħamis.
Tkellmu: John Bufton u Francesco Enrico Speroni.
4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.
Tkellem Bruno Gollnisch skont l-Artikoli 172 u 151 tar-Regoli ta' Proċedura, biex jesprimi d-dispjaċir tiegħu li ma kienx hemm votazzjoni b'sejħa ta' ismijiet dwar il-mozzjoni għal rizoluzzjoni konġunta dwar is-sitwazzjoni tar-Roma u dwar il-moviment liberu fl-Unjoni (RC-B7-0493/2010) (punt 5.2 tal- Minuti ta' 9.9.2010) u dwar fatt personali wara dak li qalu Jean-Pierre Audy u Véronique Mathieu fuq dan is-suġġett.
5. Kompożizzjoni tal-Parlament
L-awtoritajiet kompetenti Ungeriżi kienu avżaw bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Zoltán Bagó minflok Enikő Győri bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 12 ta' Settembru 2010.
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe tilwima, Zoltán Bagó jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel jidħol fil-kariga fil-Parlament ikun għamel dikjarazzjoni bil-miktub li huwa ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew .
6. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura):
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (00028/2010/LEX - C7-0276/2010 - 2008/0247(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta' osservazzjoni tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013) (00022/2010/LEX - C7-0274/2010 - 2009/0070(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 (00024/2010/LEX - C7-0272/2010 - 2009/0047(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (00037/2010/LEX - C7-0271/2010 - 2008/0211(COD))
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi Programm Konġunt ta' Riċerka u Żvilupp dwar il-Baħar Baltiku (BONUS) li huma impenjati fih diversi Stati Membri (00021/2010/LEX - C7-0269/2010 - 2009/0169(COD)).
7. Kompożizzjoni tal-kumitati
Fuq talba tal-grupp Verts/ALE, il-Parlament irratifika n-nomina li ġejja:
Kumitat ECON: Philippe Lamberts minflok Eva Joly.
8. Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)
Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri
1) mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-0116/2010) mressqa minn Nathalie Griesbeck u Renate Weber f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Ftehimiet Komunitarji ta' riammissjoni ma' pajjiżi terzi (B7-0461/2010),
- (O-0127/2010) mressqa minn Peter Liese, Mathieu Grosch f'isem il-Grupp PPE, Saïd El Khadraoui, Kathleen Van Brempt, Matthias Groote f'isem il-Grupp S&D, Chris Davies, Holger Krahmer f'isem il-Grupp ALDE, Martin Callanan f'isem il-Grupp ECR, u Satu Hassi f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kummissjoni: Attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fi ħdan il-Komunità (B7-0463/2010),
2) dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura) :
- Pavel Poc, Frieda Brepoels, Cristian Silviu Buşoi, Jo Leinen u Alojz Peterle, dwar il-ġlieda kontra l-kanser kolorettali fl-Unjoni Ewropea (0068/2010),
- Catherine Grèze, Jean-Luc Bennahmias, Cornelia Ernst, Kinga Göncz u Barbara Lochbihler, dwar il-protezzjoni tal-minorenni tar-Roma tal-Kosovo (0069/2010),
- Paolo Bartolozzi, Leonardo Domenici, Niccolò Rinaldi u Helga Trüpel, dwar miżuri għall-ħarsien u l-konservazzjoni ta’ siti ta’ “Wirt Dinji” tal-UNESCO (0070/2010),
- Jean-Paul Besset, Chris Davies, Sirpa Pietikäinen u Daciana Octavia Sârbu, dwar appoġġ għat-tisħiħ tal-projbizzjoni tal-Unjoni Ewropea tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar (0071/2010),
- Elizabeth Lynne, Roberta Angelilli, Tanja Fajon u Raül Romeva i Rueda, dwar il-ġlieda kontra l-insegwiment malizzjuż (0072/2010).
9. Dikjarazzjonijiet bil-miktub skaduti
Skont l-Artikolu 123(5) tar-Regoli ta' Proċedura, id-dikjarazzjonijiet bil-miktub Nri. 17, 18, 19, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41, 42, 43 u 44/2010 skadew minħabba li ma kellhomx in-numru ta' firem meħtieġ.
10. Petizzjonijiet
Il-petizzjonijiet li ġejjin, li kienu tniżżlu fir-reġistru fid-dati li jidhru hawn taħt, ġew mgħoddija lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 201(6) tar-Regoli ta' Proċedura:
Data: 14 ta' Settembru 2010
Fernando Sferratore (Nru.0939/2010); (isem kunfidenzjali) (Nru.0940/2010); (isem kunfidenzjali) (Nru.0941/2010); Mario Capobianco (Nru.0942/2010); Karim Fani (Nru.0943/2010); Kenia Caridad Torres Álvarez (Nru.0944/2010); Thierry Lambin (Nru.0945/2010); Josep Carreras (Nru.0946/2010); Alma Daporta (Nru.0947/2010); Lazzaro Lenza (Nru.0948/2010); Gutiérrez Graciano Paramio (Nru.0949/2010); Daniel Pérez Luque (Nru.0950/2010); María Esther Felices García (Nru.0951/2010); Manuel Muñoz Pino (Nru.0952/2010); Alain Collinot (Nru.0953/2010); (isem kunfidenzjali) (Nru.0954/2010); (isem kunfidenzjali) (Nru.0955/2010); Andreas Karanikolas (Nru.0956/2010); Barbara Recanati (Studio Legale Avv. Barbara Recanati) (Nru.0957/2010); Minodora Cliveti (Nru.0958/2010); Sylvie, Euridyce, Vangjel Leka-Hasa (Nru.0959/2010); Hans Rüffer (2 firem) (Nru.0960/2010); Maria Karagiannaki (Nru.0961/2010); Josef Stopar (Nru.0962/2010); Giuseppe Mercurio (Nru.0963/2010); (isem kunfidenzjali) (Nru.0964/2010); Stavroula Kollia (Nru.0965/2010); Roswitha Ott (Nru.0966/2010).
Il-15 ta' Settembru 2010
Adrian Saica (Nru.0967/2010); Wolfgang Bach (Nru.0968/2010); Petra Riemer (Nru.0969/2010); Rodney Beckett (2 firem) (Nru.0970/2010); Manfred Reich (2 firem) (Nru.0971/2010); Norbert Reymann (Fernfahrer Freunde) (Nru.0972/2010); Luiza Fabrowska (Italian Food, Sp. z o. o.) (Nru.0973/2010); Robin Stege (Nru.0974/2010); Klaus Raith (Nru.0975/2010); Marcus Tielscher (Nru.0976/2010); Guy Gerome (Nru.0977/2010); Jens Hermann Mohr (Nru.0978/2010); Waltraud Jossah (Fernfahrer Freunde) (Nru.0979/2010); (isem kunfidenzjali) (Nru.0980/2010); Daniela Czekalla (Verbraucherzentrale Bayern e.V.) (Nru.0981/2010); (isem kunfidenzjali) (Nru.0982/2010); Mark Davis (Nru.0983/2010); Daniel Atanasov (Nru.0984/2010); Zita Gede (Nru.0985/2010); Dariusz Kaminski (Nru.0986/2010); Stephan Helbig (Nru.0987/2010); (isem kunfidenzjali) (Nru.0988/2010); (isem kunfidenzjali) (Nru.0989/2010); (isem kunfidenzjali) (Nru.0990/2010); Plamen Guerguiev (Nru.0991/2010); Sabine Kurjo McNeill (Nru.0992/2010); Plamen Guerguiev (Nru.0993/2010); Jivko Jelev (Nru.0994/2010); Jan Kristensen (Nru.0995/2010); Salvatore Dario Foria (Nru.0996/2010); Daniela Filimon (S.C. Elcon s.r.l.) (Nru.0997/2010); Frank Tintrup ("The Munich Circle") (21 firma) (Nru.0998/2010); (isem kunfidenzjali) (3 firem) (Nru.0999/2010); Wolfgang Herbert Koch (Nru.1000/2010); Kilian Schwenninger (Nru.1001/2010); Hans Joachim Sawczuk (Spedition Greif GmbH) (Nru.1002/2010); Roberto Bouwels (Nru.1003/2010); Wilhelm Breitscheidt (Nru.1004/2010); Waldemar Scheyhing (Burgerinitiative Mobilfunkmast Nussdorf) (3 firem) (Nru.1005/2010); Erwin Spiekermann (Nru.1006/2010); Barbara Froschauser (Nru.1007/2010).
11. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-azzjoni meħuda fuq il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Mejju I u II 2010 kienet disponibbli fuq is-sit Séance en direct.
12. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehim mill-Kunsill
Il-Kunsill għadda kopja ċċertifikata tad-dokument li ġej:
- ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili.
13. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif ġie interpretat f'punt 20 tad-dikjarazzjoni konġunta dwar il-miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kumitat għall-Baġit awtorizza l-proposta tat-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet DEC 36/2010 tal-Kummissjoni Ewropea (N7-0040/2010 - C7-0197/2010 – 2010/2131(GBD)).
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif ġie interpretat f'punt 20 tad-dikjarazzjoni konġunta dwar il-miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kumitat għall-Baġit awtorizza l-proposta tat-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet DEC 40/2010 tal-Kummissjoni Ewropea (N7-0041/2010 - C7-0198/2010 – 2010/2132(GBD)).
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif ġie interpretat f'punt 20 tad-dikjarazzjoni konġunta dwar il-miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kumitat għall-Baġit awtorizza l-proposta tat-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet DEC 49/2010 tal-Kummissjoni Ewropea (N7-0044/2010 - C7-0255/2010 – 2010/2194(GBD)).
14. Dokumenti mressqa
Tressqu dawn d-dokumenti li ġejjin:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Abbozz ta' baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011: Pożizzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2010 (12699/2010 - C7-0202/2010 - 2010/2001(BUD))
- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 għall-baġit ġenerali għall-2010: Pożizzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 2010 (13473/2010 - C7-0260/2010 - 2010/2091(BUD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 għall-baġit ġenerali 2010: Pożizzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 2010 (13476/2010 - C7-0261/2010 - 2010/2120(BUD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 għall-baġit ġenerali għall-2010: Pożizzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 2010 (13475/2010 - C7-0262/2010 - 2010/2094(BUD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
opinjoni :
FEMM, AFCO, DEVE, AFET, ENVI, JURI, CONT, INTA
- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali għall-2010: Pożizzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 2010 (13472/2010 - C7-0263/2010 - 2010/2048(BUD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
2) mill-kumitati parlamentari
2.1) rapporti
- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej: il-politika ta' reklutaġġ tal-Istituzzjonijiet u l-organi tal-UE (2009/2239(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Klaus-Heiner Lehne (A7-0012/2010)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (COM(2008)0637 - C6-0340/2008 - 2008/0193(COD)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Edite Estrela (A7-0032/2010)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva 2004/67/KE (COM(2009)0363 - C7-0097/2009 - 2009/0108(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Alejo Vidal-Quadras (A7-0112/2010)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/83/KE rigward il-prevenzjoni tad-dħul ta' prodotti mediċinali fil-katina legali tal-provvista li huma foloz fir-rigward ta' identità, storja jew sors (COM(2008)0668 - C6-0513/2008 - 2008/0261(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Marisa Matias (A7-0148/2010)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda, fir-rigward il-farmakoviġilanza tal-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem, ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (COM(2008)0664 - C6-0515/2008 - 2008/0257(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Linda Mcavan (A7-0153/2010)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda, fir-rigward tal-farmakoviġilanza, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi Komunitarju relatat mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (COM(2008)0665 - C6-0514/2008 - 2008/0260(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Linda Mcavan (A7-0159/2010)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv u li temenda d-Direttivi 2004/39/KE u 2009/.../KE (COM(2009)0207 - C7-0040/2009 - 2009/0064(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Jean-Paul Gauzès (A7-0171/2010)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 dwar l-użu ta' speċijiet aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura (COM(2009)0541 - C7-0272/2009 - 2009/0153(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: João Ferreira (A7-0184/2010)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (COM(2009)0194 [[02]] - C7-0158/2009 - 2009/0060B(COD)) - Kumitat AFET (A7-0188/2010)
- Rapport dwar it-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien tal-impjiegi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw: it-triq ’il quddiem (2009/2171(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Eleni Theocharous (A7-0192/2010)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili (COM(2009)0611 - C7-0259/2009 - 2009/0170(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Christine De Veyrac (A7-0195/2010)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (riformulazzjoni) (COM(2008)0809 - C6-0471/2008 - 2008/0240(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Jill Evans (A7-0196/2010)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (COM(2010)0065 - C7-0068/2010 - 2010/0041(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Brian Simpson (A7-0217/2010)
- Rapport dwar l-ikkompletar tas-suq intern għall-kummerċ elettroniku (2010/2012(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Pablo Arias Echeverría (A7-0226/2010)
- Rapport dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Aproċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem (2009/2151(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: João Ferreira (A7-0227/2010)
- Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (COM(2009)0106 - C7-0264/2009 - 2009/0036(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Csaba Sógor (A7-0231/2010)
- Rapport dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mat-Turkija (2009/2200(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Metin Kazak (A7-0238/2010)
- ***I Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (COM(2009)0267 - C7-0036/2009 - 2009/0076(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Christa Klaß (A7-0239/2010)
- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE rigward il-konservazzjoni tal-bijodiversità (2009/2108(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Esther De Lange (A7-0241/2010)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (COM(2010)0054 - C7-0042/2010 - 2010/0036(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Vital Moreira (A7-0243/2010)
- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (COM(2010)0381 - C7-0201/2010 - 2010/0205(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sharon Bowles (A7-0247/2010)
- Rapport interim dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2007-2013 (COM(2010)0072 - 2010/0048(APP)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Reimer Böge (A7-0248/2010)
- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III - Il-Kummissjoni (13473/2010 - C7-0260/2010 - 2010/2091(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: László Surján (A7-0249/2010)
- Rapport dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni (13476/2010 - C7-0261/2010 - 2010/2120(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: László Surján (A7-0250/2010)
3) mill-Membri
3.1) mistoqsijiet bi tweġiba orali għall-ħin tal-mistoqsijiet (Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura)(B7-0462/2010):
-lill-Kunsill:
- Posselt Bernd, McGuinness Mairead, Papanikolaou Georgios, Blinkevičiūtė Vilija, Gallagher Pat the Cope, Crowley Brian, Harkin Marian, Zwiefka Tadeusz, Ţicău Silvia-Adriana, Kelly Seán, Schmidt Olle, Kratsa-Tsagaropoulou Rodi, Higgins Jim, Aylward Liam, Kelly Alan, Andrikienė Laima Liucija, Howitt Richard, Angourakis Charalampos, Toussas Georgios, Czarnecki Ryszard
- lill-Kummissjoni: Blinkevičiūtė Vilija, Harkin Marian, Siekierski Czesław Adam, Tarabella Marc, Ţicău Silvia-Adriana, Chountis Nikolaos, Iacolino Salvatore, Morkūnaitė-Mikulėnienė Radvilė, Papastamkos Georgios, Paleckis Justas Vincas, Andrikienė Laima Liucija, Van Brempt Kathleen, Tsoukalas Ioannis A., Papanikolaou Georgios, Gallagher Pat the Cope, Kelly Seán, Higgins Jim, Aylward Liam, Ludford Sarah, Merkies Judith A., Kelly Alan, Posselt Bernd, Crowley Brian, Howitt Richard, McGuinness Mairead, Zwiefka Tadeusz, Jensen Anne E., Angourakis Charalampos, Martin David, Hadjigeorgiou Takis, Szymański Konrad, Toussas Georgios, Czarnecki Ryszard
3.2) mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Sebastian Valentin Bodu. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar it-twaqqif ta' Aġenzija Doganali Ewropea (B7-0530/2010)
irreferut
responsabbli :
IMCO
- Alain Cadec. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar strateġija Ewropea għall-Ark Atlantiku (B7-0531/2010)
irreferut
responsabbli :
REGI
opinjoni :
ENVI
15. Ordni tal-ħidma
Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.
L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Settembru II 2010 (PE 446.632/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Talba tal-Grupp S&D li tfittex li tħassar mill-aġenda l-preżentazzjoni qasira tar-rapport ta' Marielle Gallo (punt 46 tal-Abbozz tal-Aġenda).
Tkellmu: Martin Schulz f'isem il-Grupp S&D, li għamel it-talba, Marielle Gallo (rapporteur) kontra t-talba u Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, favur it-talba.
Talba tal-Grupp ECR li tfittex li tressaq il-votazzjoni dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar in-nuqqasijiet fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (point 73 du PDOJ).Tkellmu: Philip Bradbourn f'isem il-Grupp ECR, li għamel it-talba, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, favur it-talba, u Francesco Enrico Speroni f'isem il-Grupp EFD, kontra t-talba.
16. L-investigazzjoni u l-prevenzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili [2009/0170(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Christine De Veyrac (A7-0195/2010)
Christine De Veyrac ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellem Jörg Leichtfried dwar l-istorbju fl-emiċiklu matul l-intervent ta' Christine De Veyrac.
Tkellmu: Werner Kuhn f'isem il-Grupp PPE, Brian Simpson f'isem il-Grupp S&D, Jelko Kacin f'isem il-Grupp ALDE, Eva Lichtenberger f'isem il-Grupp Verts/ALE, Peter van Dalen f'isem il-Grupp ECR, Jacky Hénin f'isem il-Grupp GUE/NGL, Luis de Grandes Pascual, Janusz Władysław Zemke, Gesine Meissner, Marian-Jean Marinescu, Jim Higgins u Artur Zasada.
PRESIDENZA: Silvana KOCH-MEHRIN Viċi President
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Gabriel Mato Adrover, Jörg Leichtfried, Izaskun Bilbao Barandica, Angelika Werthmann, José Manuel Fernandes, Silvia-Adriana Ţicău u Jelko Kacin.
17. Ftehima ta' riammissjoni KE/Pakistan - Ftehimiet Komunitarji ta' riammissjoni ma' pajjiżi terzi *** (dibattitu)
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni [2009/0036(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Csaba Sógor (A7-0231/2010)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0104/2010) mressqa minn Sylvie Guillaume, Claude Moraes f'isem il-Grupp S&D, Hélène Flautre, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Cornelia Ernst, Rui Tavares, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Malika Benarab-Attou, lill-Kummissjoni: Ftehimiet Komunitarji ta' riammissjoni ma' pajjiżi terzi (B7-0453/2010)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0116/2010) mressqa minn Nathalie Griesbeck u Renate Weber f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Ftehimiet Komunitarji ta' riammissjoni ma' pajjiżi terzi (B7-0461/2010)
Csaba Sógor ippreżenta r-rakkomandazzjoni tiegħu.
Claude Moraes, Hélène Flautre, Rui Tavares u Nathalie Griesbeck għamlu l-mistoqsijiet bi tweġiba orali.
Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsijiet bi tweġiba orali
Tkellmu: Gabriele Albertini (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Sylvie Guillaume f'isem il-Grupp S&D, Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Cornelis de Jong f'isem il-Grupp GUE/NGL, Philip Claeys Membru mhux affiljat, Carlos Coelho, Monika Flašíková Beňová, Nicole Kiil-Nielsen, Andrew Henry William Brons, Ernst Strasser, Rita Borsellino, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Emine Bozkurt u Birgit Sippel.
PRESIDENZA: Libor ROUČEK Viċi President
Tkellem Andreas Mölzer.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Georgios Papanikolaou, Franziska Keller, Franz Obermayr, Elena Băsescu u Harlem Désir.
18. Ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali mat-Turkija (dibattitu)
Rapport dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mat-Turkija [2009/2200(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Metin Kazak (A7-0238/2010)
Metin Kazak ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellem Karel De Gucht (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Godelieve Quisthoudt-Rowohl f'isem il-Grupp PPE, Francesca Balzani f'isem il-Grupp S&D, Niccolò Rinaldi f'isem il-Grupp ALDE, Franziska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kyriacos Triantaphyllides f'isem il-Grupp GUE/NGL, William (The Earl of) Dartmouth f'isem il-Grupp EFD, Laurence J.A.J. Stassen Membru mhux affiljata, Ria Oomen-Ruijten, Kader Arif, li wieġeb ukoll għal mistoqsija “karta blu” ta' William (The Earl of) Dartmouth, Anneli Jäätteenmäki, Niki Tzavela, Georgios Papastamkos, George Sabin Cutaş, Jaroslav Paška, Jarosław Leszek Wałęsa, Mara Bizzotto u Elisabeth Köstinger.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Danuta Jazłowiecka, Ioan Mircea Paşcu, Oreste Rossi, Andreas Mölzer, Elena Băsescu, Antigoni Papadopoulou u Georgios Koumoutsakos.
Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE rigward il-konservazzjoni tal-bijodiversità [2009/2108(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Esther de Lange (A7-0241/2010)
Esther de Lange ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellem Karel De Gucht (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Isabella Lövin (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PECH), Richard Seeber f'isem il-Grupp PPE, Jo Leinen f'isem il-Grupp S&D, Gerben-Jan Gerbrandy f'isem il-Grupp ALDE, Sandrine Bélier f'isem il-Grupp Verts/ALE, Peter van Dalen f'isem il-Grupp ECR, João Ferreira f'isem il-Grupp GUE/NGL, Anna Rosbach f'isem il-Grupp EFD, Cristina Gutiérrez-Cortines, Andres Perello Rodriguez, Bas Eickhout, James Nicholson, Elena Oana Antonescu, Kathleen Van Brempt u Maria Da Graça Carvalho.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Seán Kelly, Bogusław Sonik, Christa Klaß, Csaba Sándor Tabajdi, Rovana Plumb, Barbara Matera, Rareş-Lucian Niculescu, Janusz Wojciechowski, Angelika Werthmann u Oreste Rossi.
20. Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura:
Carlos José Iturgaiz Angulo, Monika Flašíková Beňová, Sonia Alfano, Michail Tremopoulos, Ryszard Czarnecki, João Ferreira, Gerard Batten, Andreas Mölzer, Rareş-Lucian Niculescu, Silvia-Adriana Ţicău, Antonyia Parvanova, Catherine Grèze, Miguel Portas, Krisztina Morvai, Nuno Teixeira, Alan Kelly, Jelko Kacin, Søren Bo Søndergaard, Anna Záborská, Vilija Blinkevičiūtė, Kyriacos Triantaphyllides, Nuno Melo, George Sabin Cutaş, Tanja Fajon, Gabriel Mato Adrover, Rovana Plumb, András Gyürk, Eduard Kukan, Jarosław Leszek Wałęsa, Petru Constantin Luhan u Maria do Céu Patrão Neves.
Rapport dwar l-ikkompletar tas-suq intern għall-kummerċ elettroniku [2010/2012(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Pablo Arias Echeverría (A7-0226/2010)
Pablo Arias Echeverría għamel il-preżentazzjoni.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Zuzana Roithová, Silvia-Adriana Ţicău, Ilda Figueiredo, Jaroslav Paška u Seán Kelly.
Rapport dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern [2009/2178(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Marielle Gallo (A7-0175/2010)
Marielle Gallo għamel il-preżentazzjoni.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Piotr Borys, Ioan Enciu, Toine Manders, Eva Lichtenberger, Martin Ehrenhauser, Paul Rübig, Christian Engström, Peter Jahr u Zuzana Roithová.
Tkellem Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni).
Il-punt ingħalaq.
Votazzjoni: punt 5.13 tal- Minuti ta' 21.9.2010.
23. Il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Aproċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem [2009/2151(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: João Ferreira (A7-0227/2010)
João Ferreira għamel il-preżentazzjoni.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Maria do Céu Patrão Neves, Petru Constantin Luhan, Seán Kelly, Miroslav Mikolášik, Peter Jahr u Antigoni Papadopoulou.
24. It-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien tal-impjiegi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw: it-triq 'il quddiem (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar it-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien tal-impjiegi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw: it-triq ’il quddiem [2009/2171(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Eleni Theocharous (A7-0192/2010)
Eleni Theocharous għamel il-preżentazzjoni.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, Peter Jahr, Miroslav Mikolášik u João Ferreira.