5.8. Superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja u twaqqif ta' Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku [COM(2009)0499 - C7-0166/2009- 2009/0140(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sylvie Goulard (A7-0168/2010)
Id-dibattitu sar fis-6 ta' Lulju 2010 (punt 11 tal-Minuti ta' 6.7.2010).
Il-votazzjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni saret fis-7 ta' Lulju 2010 (punt 8.7 tal- Minuti ta' 7.7.2010). Il-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva kien pospost skont l-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
L-emenda 105 ħadet post l-emenda 104 adottata fis-7 ta' Lulju 2010.