Il-President għamel dikjarazzjoni dwar id-diżastru ekoloġiku li seħħ fil-Punent tal-Ungerija u bagħt messaġġ ta' solidarjetà tal-Parlament lill-familji tal-vittmi.
Wara għamel dikjarazzjoni fl-okkażżjoni tar-raba' anniversarju mill-assassinju tal-ġurnalista Russa Anna Politkovskaya, u fakkar li ċ-ċirkostanzi tal-mewt tagħha, kif ukoll dawk tal-mewt ta' difensuri oħra tad-drittjiet tal-bniedem fir-Russja, qatt ma kienu ċċarati. Huwa stieden lill-awtoritajiet Russi biex jirrimedjaw din is-sitwazzjoni.
Fl-aħħar nett huwa fakkar, hekk kif qrobna lejn il-Jum Dinji kontra l-Piena tal-Mewt li se jkun osservat fl-10 ta' Ottubru li ġej, l-oppożizzjoni tal-Parlament għal din il-piena u stieden lil dawk l-Istati li għadhom japplikawha biex jintroduċu moratorju.