Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 18 ta' Ottubru 2010 - Strasburgu

4. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura):

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet ta' rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE (00034/2010/LEX - C7-0329/2010 - 2009/0005(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (00027/2010/LEX - C7-0328/2010 - 2010/0801(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE (00030/2010/LEX - C7-0327/2010 - 2009/0108(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (00033/2010/LEX - C7-0326/2010 - 2008/0198(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (00036/2010/LEX - C7-0325/2010 - 2009/0170(COD))

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova (00044/2010/LEX - C7-0324/2010 - 2010/0162(COD)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza