Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 18 ta' Ottubru 2010 - Strasburgu

11. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.

L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Ottubru II (PE 449.494/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

L-Erbgħa
Talba tal-grupp Vert/ALE bil-għan li l-votazzjoni dwar il-"Kalendarju tas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament - 2012" tiġi posposta għal sessjoni aktar 'il quddiem (punt 107 tal-PDOJ).

Tkellmu Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ressaq it-talba u Francesco Enrico Speroni f'isem il-Grupp EFD, kontra t-talba.

Il-Parlament ċaħad it-talba permezz tal-VE (73 favur, 183 kontra, 10 astensjonijiet).

Il-Ħamis
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

°
° ° °

Hekk ġie stabbilit l-ordni tal-ħidma.

Avviż legali - Politika tal-privatezza