Tkellem Michał Tomasz Kamiński biex jirrapporta li għadha kemm seħħet agressjoni fil-bini tal-partit Dritt u Ġustizzja (PiS) f'Lodz, li ħalliet żewġ vittmi.
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
8.1. Prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar [COM(2010)0065-C7-0068/2010-2010/0041(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu.Rapporteur: Brian Simpson (A7-0217/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
8.2. Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni : Nordjylland/Danimarka (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda [COM(2010)0451-C7-0222/2010-2010/2163(BUD)] - Kumitat għall-Baġit.Rapporteur: Barbara Matera (A7-0270/2010)
8.3. Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: NXP Semiconductors/Il-Pajjiżi l-Baxxi (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba [COM(2010)0446-C7-0210/2010-2010/2141(BUD)] - Kumitat għall-Baġit.Rapporteur: Barbara Matera (A7-0269/2010)
8.4. Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Qimonda/Portugall (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba [COM(2010)0452-C7-0223/2010-2010/2164(BUD)] - Kumitat għall-Baġit.Rapporteur: Barbara Matera (A7-0271/2010)
8.5. Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Cataluna automocion/Spanja (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba [COM(2010)0453-C7-0224/2010-2010/2165(BUD)] - Kumitat għall-Baġit.Rapporteur: Barbara Matera (A7-0272/2010)
8.6. Skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni rigward is-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni rigward is-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku [COM(2009)0151-C7-0009/2009-2009/0051(COD)] - Kumitat għas-Sajd.Rapporteur: Carmen Fraga Estévez (A7-0260/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
8.7. Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku ***(Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Emendi għall-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku [11076/2010-C7-0181/2010-2010/0042(NLE)] - Kumitat għas-Sajd.Rapporteur: Jarosław Leszek Wałęsa (A7-0262/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
Rapport dwar ħaddiema nisa prekarji [2010/2018(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi.Rapporteur: Britta Thomsen (A7-0264/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)