10. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fis-sit "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa tal-anqas ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
Siiri Oviir informat li l-apparat tal-votazzjoni tagħha ma kienx ħadem waqt il-votazzjoni għar-rapporti Brian Simpson (A7-0217/2010) u Barbara Matera (A7-0270/2010 u A7-0269/2010).