Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 10 ta' Novembru 2010 - Brussell

9. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehim mill-Kunsill

Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:

- Ftehim ta' kooperazzjoni dwar in-navigazzjoni bis-satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja;

- Protokoll addizzjonali għall-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda;

- Protokoll addizzjonali għall-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja;

- Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea
dwar mekkaniżmu finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009 – 2014;

- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipalità tal-Leichtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar mekkaniżmu finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014;

- Protokoll għall-ftehim ta’ sħubija u kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, dwar ftehim qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova fil-programmi tal-Unjoni;

- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r- Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru.

Avviż legali - Politika tal-privatezza