Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 10 ta' Novembru 2010 - Brussell

13. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.

L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-sessjonijiet plenarji ta' Novembru I 2010 (PE 451.900/PDOJ) tqassam, bil-bidliet li ġejjin, li ġew proposti bil-ftehim tal-gruppijiet politiċi (l-artikolu 140 tar-Regolament):

L-Erbgħa

1. Id-dibattitu "It-tisħiħ tal-OSKE - Rwol tal-UE" għandu jkollu bħala bażi dikjarazzjoni tal-Kunsill, magħmula għan-nom tal-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

2. Ir-rapport ta' Jean-Paul Gauzès dwar il-"Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv" (A7-0171/2010) flimkien mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-"Att dwar is-Suq Uniku" se jkunu ttrattati, f'dan l-ordni, wara d-dibattitu dwar l-i"Strateġija Esterna tal-UE dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR)" u wara l-mistoqsija orali dwar is-"Sħubijiet għall-innovazzjoni".

3. Iż-żewġ rakkomandazzjonijiet ta' Nathalie Griesbeck dwar il-'"Ftehim UE/Ġeorġja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi" u l-'"Ftehim UE/Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni" tneħħew mill-aġenda.

Il-Ħamis

1. Iddaħħal il-ħin tal-votazzjonijiet dwar rapport ta' Eva Lichtenberger dwar il-kwestjoni tat-tneħħija tal-immunità ta' Krzysztof Lisek (A7-0301/2010).

2. Il-votazzjoni dwar il-propożizzjoni tad-deċiżjoni dwar l-"Għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008" qed titħalla għal sessjoni ulterjuri.

Tkellmu: Marta Andreasen f'isem il-Grupp EFD, biex titlob li l-votazzjoni dwar il-proposta tad-deċiżjoni dwar l-Għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008 ma tkunx posposta, William (The Earl of) Dartmouth, favur din it-talba, u Véronique Mathieu, kontra t-talba.

Il-Parlament ċaħad it-talba.

3. Il-votazzjoni dwar il-proposti ta' riżolużżjoni konċernanti l-Ukraina tħalliet għas-sessjoni ta' Novembru II.

Tkellmu: Elmar Brok f'isem il-Grupp PPE, biex jitlob li l-votazzjoni dwar il-proposti ta' riżoluzzjonijiet dwar l-Ukraina ma tkunx posposta, Gunnar Hökmark, favur din it-talba, u Hannes Swoboda, kontra din it-talba.

Il-Parlament ċaħad it-talba permezz tal-VE (135 favur, 171 kontra, 4 astensjonijiet).

Hekk ġie stabbilit l-ordni tal-ħidma.

Avviż legali - Politika tal-privatezza