Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud f’dak li għandu x’jaqsam mal-perjodu ta' obbligu li tiġi rispettata r-rata standard minima [2010/0179(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji.Rapporteur: David Casa (A7-0325/2010)
David Casa ippreżenta r-rapport tiegħu.
PRESIDENZA: Alejo VIDAL-QUADRAS Viċi President
Tkellem Algirdas Šemeta (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Sari Essayah f'isem il-Grupp PPE, George Sabin Cutaş f'isem il-Grupp S&D, u Olle Schmidt f'isem il-Grupp ALDE.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Jaroslav Paška, Andrew Henry William Brons u Elena Băsescu.