Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 24 ta' Novembru 2010 - Strasburgu

3. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju li ġejjin:

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru …/.. li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (D010825/03 - 2010/2949(RPS) - skadenza: 09/02/2011)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: ITRE, IMCO

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../.. li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodu tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajersC1 (D010922/02 - 2010/2951(RPS) - skadenza: 09/02/2011)
irreferut responsabbli: ITRE

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura ferrovjarja (D011190/02 - 2010/2952(RPS) - skadenza: 10/02/2011)
irreferut responsabbli: TRAN

- Abbozz ta' direttiva tal-Kummissjoni li temenda l-Annessi II, V u VI tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (D011447/02 - 2010/2953(RPS) - skadenza: 10/02/2011)
irreferut responsabbli: TRAN

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, ir-Regolament (KE) Nru 180/2008 u r-Regolament (KE) Nru 737/2008 dwar listi u ismijiet tal-laboratorji ta' referenza tal-UE (D011549/02 - 2010/2961(RPS) - skadenza: 17/02/2011)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: AGRI

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi VII u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (D011574/06 - 2010/2956(RPS) - skadenza: 16/02/2011)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: AGRI

Avviż legali - Politika tal-privatezza