Tkellem Martin Schulz, li għamel stqarrija personali b'segwitu għall-kummenti li għamel Godfrey Bloom waqt id-dibattiti ta' filgħodu. Il-President tenna d-deċiżjoni li ħa f'dak il-ħin il-President tal-Parlament Ewropew u, b'konsegwenza, talab lil Godfrey Bloom jiskuża ruħu mal-assemblea u jitlaq mill-emiċiklu. Peress li dan tal-aħħar irrifjuta ż-żewġ talbiet, il-President talab lill-Assemblea tiddeċiedi jekk Godfrey Bloom għandux jitlaq mill-emiċiklu. L-Assemblea approvat din il-proposta.
Tkellem Nigel Farage f'isem il-Grupp EFD.
Il-President talab lil Godfrey Bloom jitlaq mill-emiċiklu u speċifika li, fil-każ li dan jirrifjuta, kien se jitlob li jiġi eskluż mis-sala, f'konformità mal-Artikolu 152(3) tar-Regoli ta' Proċedura.
Tkellem Joseph Daul, li talab lil Godfrey Bloom jaċċetta d-deċiżjoni tal-Assemblea.
F'konformità mal-Artikolu 152(4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President issospenda s-sedura għal ftit ħin, waqt li Godfrey Bloom telaq mill-emiċiklu.
° ° ° °
TkellemChristian Ehler, President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Penisola Koreana, dwar l-attakka ta' artillerija li l-Korea ta' Fuq ilbieraħ wettqet fuq il-gżira tal-Korea t'Isfel.
Tkellem Barry Madlener, li reġa' tkellem dwar l-inċident li kien għadu kif seħħ. Il-President fakkar fil-kummenti li Godfrey Bloom għamel mingħajr mikrofonu waqt id-dibattiti ta' filgħodu, u irrimarka li jiġri x'jiġri il-kwistjoni se tiġi riferuta lill-Bureau.
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
8.1. Abbozz ta' baġit emendatorju nru 8/2010: Taqsima III - Il-Kummissjoni - Fond ta' Solidarjetà tal-UE: Għargħar fl-Irlanda - Konklużjoni tal-FSE Objettiv nru 1 (2000-2006) (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni [16722/2010 - C7-0388/2010- 2010/2217(BUD)] - Kumitat għall-Baġit.Rapporteur: László Surján (A7-0327/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
8.2. Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni KE/Moldova *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova fil-programmi tal-Unjoni [10496/2010 - C7-0330/2010- 2010/0102(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin.Rapporteur: Graham Watson (A7-0300/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll.
8.3. Informazzjoni dwar prodotti mediċinali (kodiċi Komunitarju relatat mal-prodotti mediċinali) ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda, fir-rigward tal-informazzjoni għall-pubbliku inġenerali dwar prodotti mediċinali soġġetti għal preskrizzjoni medika, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità dwar il-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem [COM(2008)0663 - C6-0516/2008- 2008/0256(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel.Rapporteur: Christofer Fjellner (A7-0290/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
8.4. Informazzjoni dwar prodotti mediċinali (Proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali) ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda, fir-rigward tal-informazzjoni għall-pubbliku ġenerali dwar prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għar-riċetta medika, ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini [COM(2008)0662 - C6-0517/2008- 2008/0255(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel.Rapporteur: Christofer Fjellner (A7-0289/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (riformulazzjoni) [COM(2008)0809 - C6-0471/2008- 2008/0240(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel.Rapporteur: Jill Evans (A7-0196/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)