Indiċi 
Minuti
PDF 238kWORD 192k
L-Erbgħa, 24 ta' Novembru 2010 - Strasburgu
1.Ftuħ tas-seduta
 2.Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) (mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
 3.Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)
 4.Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (28-29 ta' Ottubru 2010) u l-governanza ekonomika (dibattitu)
 5.Merħba
 6.Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (28-29 ta' Ottubru 2010) u l-governanza ekonomika (tkomplija tad-dibattitu)
 7.Riżultati tas-Summit tal-G20 (dibattitu)
 8.Ħin tal-votazzjonijiet
  
8.1.Abbozz ta' baġit emendatorju nru 8/2010: Taqsima III - Il-Kummissjoni - Fond ta' Solidarjetà tal-UE: Għargħar fl-Irlanda - Konklużjoni tal-FSE Objettiv nru 1 (2000-2006) (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
8.2.Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni KE/Moldova *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
8.3.Informazzjoni dwar prodotti mediċinali (kodiċi Komunitarju relatat mal-prodotti mediċinali) ***I (votazzjoni)
  
8.4.Informazzjoni dwar prodotti mediċinali (Proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali) ***I (votazzjoni)
  
8.5.Limitazzjoni tal-użu ta'ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku ***I (votazzjoni)
  
8.6.Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) (votazzjoni)
 9.Spjegazzjonijiet tal-vot
 10.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 11.Sorveljanza finanzjarja (iffirmar tal-atti)
 12.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
 13.Lejn Strateġija ġdida dwar l-Enerġija għall-Ewropa 2011 - 2020 (dibattitu)
 14.Tħejjijiet għall-konferenza dwar il-klima f'Cancun (29 ta' Novembru - 10 ta' Diċembru 2010) (dibattitu)
 15.Il-futur tas-sħubija strateġika UE-Afrika lejlet it-tielet Summit UE-Afrika (dibattitu)
 16.Is-sitwazzjoni fis-Saħara tal-Punent (dibattitu)
 17.Talbiet għat-tneħħija tal-immunità parlamentari
 18.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 19.Ukraina (dibattitu)
 20.Id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-Ftehimiet ta' Kummerċ Internazzjonali - Il-Politika dwar il-Kummerċ Internazzjonali fil-kuntest tal-imperattivi marbuta mat-tibdil fil-klima - Ir-responsabilità soċjali tal-kumpanniji fi ftehimiet kummerċjali internazzjonali (dibattitu)
 21.Każijiet ta' antidumping - sitwazzjoni attwali u prospettivi (dibattitu)
 22.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 23.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Jerzy BUZEK
President

1. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 09.05.


2. Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) (mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA)

Id-dibattitu sar fid-data 20 ta' Ottubru 2010 (punt 16 tal- Minuti ta' 20.10.2010).

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Carl Schlyter, Eva Lichtenberger, Sandrine Bélier, Malika Benarab-Attou, Judith Sargentini, Franziska Keller, Jan Philipp Albrecht, Michail Tremopoulos, Christian Engström u Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-Ftehim kummerċjali dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni (ACTA) (B7-0617/2010);

- Daniel Caspary, Tokia Saïfi, Inese Vaidere f'isem il-Grupp PPE, Syed Kamall, Robert Sturdy u Jan Zahradil f'isem il-Grupp ECR, dwar il-Ftehim Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) (B7-0618/2010);

- Niccolò Rinaldi, Marietje Schaake, Alexander Alvaro, Marielle De Sarnez u Renate Weber f'isem il-Grupp ALDE, dwar l-ACTA – it-tħejjija għall-proċedura ta’ approvazzjoni (B7-0619/2010);

- Kader Arif u Véronique De Keyser f'isem il-Grupp S&D, dwar il-Ftehim Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) (B7-0620/2010/rév);

- Helmut Scholz, Eva-Britt Svensson, Marie-Christine Vergiat, Miloslav Ransdorf u Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar l-ACTA (B7-0621/2010).

Votazzjoni: punt 8.6 tal- Minuti ta' 24.11.2010.


3. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju li ġejjin:

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru …/.. li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (D010825/03 - 2010/2949(RPS) - skadenza: 09/02/2011)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: ITRE, IMCO

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../.. li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodu tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajersC1 (D010922/02 - 2010/2951(RPS) - skadenza: 09/02/2011)
irreferut responsabbli: ITRE

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura ferrovjarja (D011190/02 - 2010/2952(RPS) - skadenza: 10/02/2011)
irreferut responsabbli: TRAN

- Abbozz ta' direttiva tal-Kummissjoni li temenda l-Annessi II, V u VI tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (D011447/02 - 2010/2953(RPS) - skadenza: 10/02/2011)
irreferut responsabbli: TRAN

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, ir-Regolament (KE) Nru 180/2008 u r-Regolament (KE) Nru 737/2008 dwar listi u ismijiet tal-laboratorji ta' referenza tal-UE (D011549/02 - 2010/2961(RPS) - skadenza: 17/02/2011)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: AGRI

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi VII u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (D011574/06 - 2010/2956(RPS) - skadenza: 16/02/2011)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: AGRI


4. Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (28-29 ta' Ottubru 2010) u l-governanza ekonomika (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew: Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (28-29 ta' Ottubru 2010) u l-governanza ekonomika

Herman Van Rompuy (President tal-Kunsill Ewropew) għamel id-dikjarazzjoni.

Tkellem José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni).

Tkellem Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE.

Tkellem Martin Schulz f'isem il-Grupp S&D, li ġie interrott minn interjezzjoni offensiva ta' Godfrey Bloom mingħajr mikrofonu fir-rigward tiegħu.

Tkellem Joseph Daul, li pprotesta kontra l-kummenti offensivi li Godfrey Bloom għamel fir-rigward ta' Martin Schulz. Il-President irrefera għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 152(1) tar-Regoli ta' Proċedura, u talab lil Godfrey Bloom jiskuża ruħu mal-assemblea. Peress li dan tal-aħħar irrifjuta li jiskuża ruħu u kompla jitħarrax, il-President, f'konformità mal-Artikolu 152(3) tar-Regoli ta' Proċedura stieden lil Godfrey Bloom jitlaq mill-Emiċiklu, u dan telaq.

Tkellmu: Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, li, minn naħa, wera approvazzjoni għad-deċiżjoni li kien għadu kif ħa l-President, u li wieġeb ukoll għal mistoqsija “karta blu” ta' William (The Earl of) Dartmouth, Barry Madlener, li reġa' tkellem dwar id-deċiżjoni ta' tkeċċija ta' Godfrey Bloom, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kay Swinburne f'isem il-Grupp ECR, li wieġbet ukoll għal mistoqsija “karta blu” ta' William (The Earl of) Dartmouth, Lothar Bisky f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFD, Angelika Werthmann Membru mhux affiljata, u Marianne Thyssen.

PRESIDENZA: Libor ROUČEK
Viċi President

Tkellmu: Stephen Hughes, Alexander Graf Lambsdorff, li wieġeb ukoll għal mistoqsija “karta blu” ta' Martin Schulz, Philippe Lamberts, Vicky Ford, Bairbre de Brún, Mario Borghezio, Werner Langen, Elisa Ferreira, Mirosław Piotrowski, Mario Mauro, Anni Podimata u Danuta Maria Hübner.


5. Merħba

Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lil delegazzjoni tal-EEA/EFTA (Islanda, Norveġja u Liechtenstein ), kif ukoll osservaturi tal-Assemblea Federali Svizzera, li ħadu posthom fil-gallarija uffiċjali.


6. Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (28-29 ta' Ottubru 2010) u l-governanza ekonomika (tkomplija tad-dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew: Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (28-29 ta' Ottubru 2010) u l-governanza ekonomika

Tkellmu: Kathleen Van Brempt, Paulo Rangel, Marietta Giannakou u Tunne Kelam.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, Csaba Sándor Tabajdi, Ilda Figueiredo, Jaroslav Paška, Andrew Henry William Brons, Jean-Pierre Audy, Monika Flašíková Beňová, John Bufton, Ildikó Gáll-Pelcz, Antigoni Papadopoulou, Barry Madlener, Seán Kelly, Zigmantas Balčytis, Milan Zver u Petru Constantin Luhan.

Tkellmet Elisa Ferreira, biex tagħmel mistoqsija “karta blu” lil Paulo Rangel li weġibha.

Tkellem skont il-proċedura "catch the eye" Diogo Feio.

Tkellmu: José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) u Herman Van Rompuy (President tal-Kunsill Ewropew).

Id-dibattitu ngħalaq.


7. Riżultati tas-Summit tal-G20 (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Riżultati tas-Summit tal-G20

Olivier Chastel (President fil-kariga tal-Kunsill) u José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu: Jean-Paul Gauzès f'isem il-Grupp PPE, Udo Bullmann f'isem il-Grupp S&D, Marielle De Sarnez f'isem il-Grupp ALDE, u Patrick Le Hyaric f'isem il-Grupp GUE/NGL.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Georgios Papanikolaou, Charles Goerens, Nikolaos Salavrakos u Michel Dantin.

Tkellmu: Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni) u Olivier Chastel.

Id-dibattitu ngħalaq.

(Is-seduta ġiet sospiża f'11.50))

(Minn 11.50 sa 12.10, il-Parlament iltaqa' fl-okkażjoni tal-għoti tal-Premju LUX)

(Is-seduta reġgħet bdiet f'12.10)


PRESIDENZA: Edward McMILLAN-SCOTT
Viċi President

Tkellem Martin Schulz, li għamel stqarrija personali b'segwitu għall-kummenti li għamel Godfrey Bloom waqt id-dibattiti ta' filgħodu. Il-President tenna d-deċiżjoni li ħa f'dak il-ħin il-President tal-Parlament Ewropew u, b'konsegwenza, talab lil Godfrey Bloom jiskuża ruħu mal-assemblea u jitlaq mill-emiċiklu. Peress li dan tal-aħħar irrifjuta ż-żewġ talbiet, il-President talab lill-Assemblea tiddeċiedi jekk Godfrey Bloom għandux jitlaq mill-emiċiklu. L-Assemblea approvat din il-proposta.

Tkellem Nigel Farage f'isem il-Grupp EFD.

Il-President talab lil Godfrey Bloom jitlaq mill-emiċiklu u speċifika li, fil-każ li dan jirrifjuta, kien se jitlob li jiġi eskluż mis-sala, f'konformità mal-Artikolu 152(3) tar-Regoli ta' Proċedura.

Tkellem Joseph Daul, li talab lil Godfrey Bloom jaċċetta d-deċiżjoni tal-Assemblea.

F'konformità mal-Artikolu 152(4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President issospenda s-sedura għal ftit ħin, waqt li Godfrey Bloom telaq mill-emiċiklu.

°
° ° °

Tkellem Christian Ehler, President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Penisola Koreana, dwar l-attakka ta' artillerija li l-Korea ta' Fuq ilbieraħ wettqet fuq il-gżira tal-Korea t'Isfel.

Tkellem Barry Madlener, li reġa' tkellem dwar l-inċident li kien għadu kif seħħ. Il-President fakkar fil-kummenti li Godfrey Bloom għamel mingħajr mikrofonu waqt id-dibattiti ta' filgħodu, u irrimarka li jiġri x'jiġri il-kwistjoni se tiġi riferuta lill-Bureau.

Protesta ta' Bruno Gollnisch.

8. Ħin tal-votazzjonijiet

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.


8.1. Abbozz ta' baġit emendatorju nru 8/2010: Taqsima III - Il-Kummissjoni - Fond ta' Solidarjetà tal-UE: Għargħar fl-Irlanda - Konklużjoni tal-FSE Objettiv nru 1 (2000-2006) (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni [16722/2010 - C7-0388/2010- 2010/2217(BUD)] - Kumitat għall-Baġit.Rapporteur: László Surján (A7-0327/2010)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata b'votazzjoni unika (P7_TA(2010)0427)


8.2. Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni KE/Moldova *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova fil-programmi tal-Unjoni [10496/2010 - C7-0330/2010- 2010/0102(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin.Rapporteur: Graham Watson (A7-0300/2010)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata b'votazzjoni unika (P7_TA(2010)0428)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll.


8.3. Informazzjoni dwar prodotti mediċinali (kodiċi Komunitarju relatat mal-prodotti mediċinali) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda, fir-rigward tal-informazzjoni għall-pubbliku inġenerali dwar prodotti mediċinali soġġetti għal preskrizzjoni medika, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità dwar il-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem [COM(2008)0663 - C6-0516/2008- 2008/0256(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel.Rapporteur: Christofer Fjellner (A7-0290/2010)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvat hekk kif emendat (P7_TA(2010)0429)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata (P7_TA(2010)0429)


8.4. Informazzjoni dwar prodotti mediċinali (Proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda, fir-rigward tal-informazzjoni għall-pubbliku ġenerali dwar prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem suġġetti għar-riċetta medika, ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini [COM(2008)0662 - C6-0517/2008- 2008/0255(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel.Rapporteur: Christofer Fjellner (A7-0289/2010)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvat hekk kif emendat (P7_TA(2010)0430)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata (P7_TA(2010)0430)

Interventi

Christofer Fjellner (rapporteur) ippreżenta emenda orali għall-emenda 13, li nżammet.


8.5. Limitazzjoni tal-użu ta'ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (riformulazzjoni) [COM(2008)0809 - C6-0471/2008- 2008/0240(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel.Rapporteur: Jill Evans (A7-0196/2010)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvat hekk kif emendat (P7_TA(2010)0431)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata (P7_TA(2010)0431)


8.6. Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) (votazzjoni)

Id-dibattitu sar fid-data 20 ta' Ottubru 2010 (punt 16 tal- Minuti ta' 20.10.2010).

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni tħabbru fid-data 24 ta' Novembru 2010 (punt 2 tal- Minuti ta' 24.11.2010).

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B7-0617/2010, B7-0618/2010, B7-0619/2010, B7-0620/2010/rev u B7-0621/2010

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA RC-B7-0617/2010

(flok B7-0617/2010, B7-0619/2010, B7-0620/2010/rev u B7-0621/2010):

imressqa mill-Membri li ġejjin:

Kader Arif u Véronique De Keyser f'isem il-Grupp S&D,

Niccolò Rinaldi, Marietje Schaake, Alexander Alvaro, Marielle De Sarnez, Renate Weber u Metin Kazak f'isem il-Grupp ALDE,

Carl Schlyter, Eva Lichtenberger u Sandrine Bélier f'isem il-Grupp Verts/ALE,

Helmut Scholz, Rui Tavares, Miloslav Ransdorf u Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL

Miċħuda

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI B7-0618/2010

Adottata (P7_TA(2010)0432)

(Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B7-0619/2010, B7-0620/2010.rév u B7-0621/2010 skadew.)


9. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet bil-miktub tal-vot:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 170 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.

Spjegazzjonijiet orali tal-vot:

Rapport Christofer Fjellner - A7-0290/2010
Jarosław Kalinowski, Jens Rohde, Licia Ronzulli, Paolo Bartolozzi, Miroslav Mikolášik, Hannu Takkula, Sonia Alfano, Daniel Hannan u Philip Claeys (Il-President waqqaf lil dan l-aħħar kelliem minħabba li l-intervent tiegħu ma kienx jikkostitwixxi spjegazzjoni tal-vot).

Rapport Christofer Fjellner - A7-0289/2010
Anna Rosbach u Daniel Hannan (Il-President waqqaf lil dan l-aħħar kelliem minħabba li l-intervent tiegħu ma kienx jikkostitwixxi spjegazzjoni tal-vot).

Rapport Jill Evans - A7-0196/2010
Jan Březina, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Sonia Alfano, Daniel Hannan, Syed Kamall (Il-President waqqaf lil dawn l-aħħar żewġ kelliema minħabba li l-interventi tagħhom ma kinux jikkostitwixxu spjegazzjoni tal-vot) u Zuzana Roithová.

Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) - B7-0618/2010
Clemente Mastella, Miroslav Mikolášik, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Zuzana Roithová u Syed Kamall.


10. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fis-sit "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".

Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa tal-anqas ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li tgħaddi din l-iskadenza, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

°
° ° °

Bruno Gollnisch avża li ma ħax sehem fil-votazzjoni tal-lum.


(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.20 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00)

PRESIDENZA: Jerzy BUZEK
President

11. Sorveljanza finanzjarja (iffirmar tal-atti)

Il-President għamel dikjarazzjoni qasira wara l-adozzjoni tal-pakkett “Sorveljanza finanzjarja”.

U mbagħad, flimkien ma' Olivier Chastel (President fil-kariga tal-Kunsill), u bl-assistenza ta' Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni), José Manuel García-Margallo y Marfil (rapporteur), Sylvie Goulard (rapporteur), Antolín Sánchez Presedo (rapporteur), u Peter Skinner (rapporteur) ipproċeda għall-iffirmar tal-atti.


PRESIDENZA: Gianni PITTELLA
Viċi President

12. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel

Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.

°
° ° °

Michel Dantin avża li huwa kien preżenti għas-seduta tal-22 ta' Novembru 2010 iżda ismu ma kienx imniżżel fir-reġistru tal-attendenza.


13. Lejn Strateġija ġdida dwar l-Enerġija għall-Ewropa 2011 - 2020 (dibattitu)

Rapport Lejn Strateġija ġdida dwar l-Enerġija għall-Ewropa 2011-2020 [2010/2108(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija.Rapporteur: Lena Kolarska-Bobińska (A7-0313/2010)

Lena Kolarska-Bobińska ippreżentat ir-rapport tagħha.

Tkellem Günther Oettinger (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu: Pilar del Castillo Vera f'isem il-Grupp PPE, Marita Ulvskog f'isem il-Grupp S&D, Jens Rohde f'isem il-Grupp ALDE, Claude Turmes f'isem il-Grupp Verts/ALE, Konrad Szymański f'isem il-Grupp ECR, Niki Tzavela f'isem il-Grupp EFD, Dimitar Stoyanov Membru mhux affiljat, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Lena Ek, Jaroslav Paška, Bendt Bendtsen, Ivari Padar, Fiona Hall, Maria Da Graça Carvalho, Kathleen Van Brempt, Romana Jordan Cizelj, Adam Gierek, Lambert van Nistelrooij, Silvia-Adriana Ţicău, Alajos Mészáros u Mario Pirillo.

PRESIDENZA: Stavros LAMBRINIDIS
Viċi President

Tkellem Hannes Swoboda.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Petru Constantin Luhan, Arturs Krišjānis Kariņš, Francesco De Angelis, Zigmantas Balčytis, Sonia Alfano, Oreste Rossi, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Elena Băsescu, Ioan Enciu, Kyriakos Mavronikolas u Nick Griffin.

Tkellmu: Günther Oettinger u Lena Kolarska-Bobińska.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.9 tal- Minuti ta' 25.11.2010.


14. Tħejjijiet għall-konferenza dwar il-klima f'Cancun (29 ta' Novembru - 10 ta' Diċembru 2010) (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tħejjijiet għall-konferenza dwar il-klima f'Cancun (29 ta' Novembru - 10 ta' Diċembru 2010)

Joke Schauvliege (President fil-kariga tal-Kunsill) u Connie Hedegaard (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu: Karl-Heinz Florenz f'isem il-Grupp PPE, Marita Ulvskog f'isem il-Grupp S&D, Chris Davies f'isem il-Grupp ALDE, Yannick Jadot f'isem il-Grupp Verts/ALE, Miroslav Ouzký f'isem il-Grupp ECR, Bairbre de Brún f'isem il-Grupp GUE/NGL, Oreste Rossi f'isem il-Grupp EFD, Nick Griffin Membru mhux affiljat, Richard Seeber, li wieġeb ukoll għal mistoqsija “karta blu” ta' Lucas Hartong, Jo Leinen, Corinne Lepage, Satu Hassi, Zbigniew Ziobro, Sabine Wils, Anna Rosbach, Lucas Hartong, Pilar del Castillo Vera, Kriton Arsenis, Bas Eickhout, Peter van Dalen, Marisa Matias, Derek Roland Clark, Francisco Sosa Wagner, Theodoros Skylakakis, Edite Estrela, Roger Helmer, Catherine Soullie, Rovana Plumb, Romana Jordan Cizelj, Justas Vincas Paleckis, Elisabetta Gardini, Jolanta Emilia Hibner, Sirpa Pietikäinen u Seán Kelly.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Danuta Jazłowiecka, Maria Da Graça Carvalho, Csaba Sándor Tabajdi, Karin Kadenbach, Sonia Alfano, João Ferreira, Iosif Matula, Gilles Pargneaux, Angelika Werthmann, Monika Flašíková Beňová u Kyriakos Mavronikolas.

Tkellmu: Connie Hedegaard u Joke Schauvliege.

PRESIDENZA: Roberta ANGELILLI
Viċi President

Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Karl-Heinz Florenz f'isem il-Grupp PPE, Dan Jørgensen f'isem il-Grupp S&D, Corinne Lepage f'isem il-Grupp ALDE, Satu Hassi f'isem il-Grupp Verts/ALE, Miroslav Ouzký f'isem il-Grupp ECR, u Bairbre de Brún f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-konferenza dwar it-tibdil fil-klima li saret f'Cancun (COP16) (B7-0616/2010).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.10 tal- Minuti ta' 25.11.2010.


15. Il-futur tas-sħubija strateġika UE-Afrika lejlet it-tielet Summit UE-Afrika (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet: Il-futur tas-sħubija strateġika UE-Afrika lejlet it-tielet Summit UE-Afrika

Olivier Chastel (President fil-kariga tal-Kunsill), f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu: Filip Kaczmarek f'isem il-Grupp PPE, Monika Flašíková Beňová f'isem il-Grupp S&D, Charles Goerens f'isem il-Grupp ALDE, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nirj Deva f'isem il-Grupp ECR, li aċċetta wkoll li jwieġeb għal mistoqsija “karta blu” ta' Richard Howitt, Elie Hoarau f'isem il-Grupp GUE/NGL, Giancarlo Scottà f'isem il-Grupp EFD, Franz Obermayr Membru mhux affiljat, Cristian Dan Preda, Joanna Senyszyn, Louis Michel, li aċċetta wkoll li jwieġeb għal mistoqsija “karta blu” ta' Nirj Deva, Charles Tannock, Mariya Nedelcheva, Norbert Neuser, Geoffrey Van Orden u Enrique Guerrero Salom.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Salvatore Iacolino, Ana Gomes, Jaroslav Paška, Andreas Mölzer, Elena Băsescu u Alf Svensson.

Tkellem Andris Piebalgs.

PRESIDENZA: Silvana KOCH-MEHRIN
Viċi President

Tkellem Olivier Chastel.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: fis-sessjoni parzjali li jmiss.


16. Is-sitwazzjoni fis-Saħara tal-Punent (dibattitu)

Dikjarazzjoni dwar is-sitwazzjoni fis-Saħara tal-Punent

Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni), f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għamel dikjarazzjoni.

Tkellmu: Bernd Posselt dwar l-iżvolġiment tas-seduta, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f'isem il-Grupp PPE, Véronique De Keyser f'isem il-Grupp S&D, Ivo Vajgl f'isem il-Grupp ALDE, Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Willy Meyer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jarosław Leszek Wałęsa, María Muñiz De Urquiza, Izaskun Bilbao Barandica, João Ferreira, Santiago Fisas Ayxela, Pier Antonio Panzeri, Frédérique Ries, Marco Scurria, Norbert Neuser, Ana Gomes, Guido Milana u Gilles Pargneaux.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Antonio Masip Hidalgo, Salvatore Iacolino, Metin Kazak, Janusz Władysław Zemke, Nicole Kiil-Nielsen, Dominique Vlasto, John Bufton, Bernadette Vergnaud, Andreas Mölzer, Ulrike Rodust, Ulrike Lunacek u Cristian Dan Preda.

Tkellem Andris Piebalgs.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Ivo Vajgl, Kristiina Ojuland, Luigi de Magistris, Izaskun Bilbao Barandica, Carl Haglund, Ramon Tremosa i Balcells, Anneli Jäätteenmäki u Graham Watson f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-Saħara tal-Punent (B7-0675/2010);

- Raül Romeva i Rueda, Nicole Kiil-Nielsen, Ulrike Lunacek, Hélène Flautre, Jill Evans, Oriol Junqueras Vies, Judith Sargentini, François Alfonsi, Isabella Lövin, Barbara Lochbihler, Michèle Rivasi, Catherine Grèze, Frieda Brepoels, Martin Häusling, Jean Lambert, Bart Staes, Franziska Keller u José Bové f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar is-sitwazzjoni fis-Saħara tal-Punent (B7-0676/2010);

- Adrian Severin, Véronique De Keyser, María Muñiz De Urquiza, Vincent Peillon u Guido Milana f'isem il-Grupp S&D, dwar is-sitwazzjoni fis-Saħara tal-Punent (B7-0677/2010);

- Fiorello Provera u Francesco Enrico Speroni f'isem il-Grupp EFD, dwar is-Saħara tal-Punent (B7-0678/2010);

- Charles Tannock, Tomasz Piotr Poręba, Ryszard Antoni Legutko, Adam Bielan, Jacek Olgierd Kurski, Mirosław Piotrowski, Marek Henryk Migalski, Ryszard Czarnecki u Tadeusz Cymański f'isem il-Grupp ECR, dwar is-Saħara tal-Punent (B7-0679/2010);

- Willy Meyer, João Ferreira, Rui Tavares, Sabine Lösing, Jacky Hénin, Elie Hoarau, Patrick Le Hyaric, Miguel Portas, Ilda Figueiredo, Marisa Matias u Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar is-Saħara tal-Punent (B7-0680/2010);

- Ioannis Kasoulides, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Santiago Fisas Ayxela, Marco Scurria u Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, dwar il-konsegewenzi umanitarji tas-sitwazzjoni fis-Saħara tal-Punent (B7-0682/2010).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.11 tal- Minuti ta' 25.11.2010.


(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 20.00 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00)

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

17. Talbiet għat-tneħħija tal-immunità parlamentari

L-Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Appell ta' Lyon, permezz tal-awtorità kompetenti tar-Repubblika Franċiża, Bruno Gollnisch lill-President tal-Parlament Ewropew.

Id-Distrett Ċentrali tat-Tribunal ta' Pest (Pestì Központi Kerületi Birósag) indirizza talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Krisztina Morvai lill-President tal-Parlament Ewropew.

It-talbiet ġew mgħoddija lill-kumitat responsabbli, jiġifieri l-Kumitat JURI, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regoli ta' Proċedura.


18. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Fuq talba tal-Grupp ALDE, Vincenzo Iovine m'għadux Membru tal-Kumitat Speċjali għall-Kriżi Finanzjarja, Ekonomika u Soċjali.


19. Ukraina (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Ukraina

Karel De Gucht (Membru tal-Kummissjoni) f'isem il-KummissjoniViċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għamel id-dikjarazzjoni.

Tkellmu: Elmar Brok f'isem il-Grupp PPE, Adrian Severin f'isem il-Grupp S&D, Adina-Ioana Vălean f'isem il-Grupp ALDE, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Paweł Robert Kowal f'isem il-Grupp ECR, Jaromír Kohlíček f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bastiaan Belder f'isem il-Grupp EFD, Andreas Mölzer Membru mhux affiljat, Michael Gahler, Hannes Swoboda, Marek Henryk Migalski, David Campbell Bannerman, Csanád Szegedi, Paweł Zalewski, Marek Siwiec, Tunne Kelam u Lena Kolarska-Bobińska.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Jan Kozłowski, Vilija Blinkevičiūtė, Siiri Oviir, Dimitar Stoyanov, Laima Liucija Andrikienė, Alexander Mirsky u Elena Băsescu.

Tkellem Karel De Gucht.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Rebecca Harms u Werner Schulz f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar l-Ukraina (B7-0650/2010);

- Adrian Severin, Hannes Swoboda, Marek Siwiec u Kristian Vigenin f'isem il-Grupp S&D, dwar l-Ukraina (B7-0671/2010);

- Jaromír Kohlíček f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar l-Ukraina (B7-0672/2010);

- Elmar Brok, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Michael Gahler, Ioannis Kasoulides, Gunnar Hökmark, Inese Vaidere, Paweł Zalewski, Cristian Dan Preda, Lena Kolarska-Bobińska, Joachim Zeller, Traian Ungureanu, Jan Kozłowski u Jacek Protasiewicz f'isem il-Grupp PPE, on Ukraine (B7-0673/2010);

- Adina-Ioana Vălean, Siiri Oviir, Johannes Cornelis van Baalen, Jelko Kacin u Marielle De Sarnez f'isem il-Grupp ALDE, dwar l-Ukraina (B7-0674/2010);

- Charles Tannock, Paweł Robert Kowal, Adam Bielan, Michał Tomasz Kamiński, Ryszard Antoni Legutko, Ryszard Czarnecki, Tomasz Piotr Poręba u Konrad Szymański f'isem il-Grupp ECR, dwar l-Ukraina (B7-0681/2010).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.12 tal- Minuti ta' 25.11.2010.


20. Id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-Ftehimiet ta' Kummerċ Internazzjonali - Il-Politika dwar il-Kummerċ Internazzjonali fil-kuntest tal-imperattivi marbuta mat-tibdil fil-klima - Ir-responsabilità soċjali tal-kumpanniji fi ftehimiet kummerċjali internazzjonali (dibattitu)

Rapport dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-Ftehimiet ta' Kummerċ Internazzjonali [2009/2219(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Tokia Saïfi (A7-0312/2010)

Rapport dwar il-Politika dwar il-Kummerċ Internazzjonali fil-kuntest tal-imperattivi marbuta mat-tibdil fil-klima [2010/2103(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Yannick Jadot (A7-0310/2010)

Rapport dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali [2009/2201(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur:: Harlem Désir (A7-0317/2010)

Tokia Saïfi, Yannick Jadot u Harlem Désir ippreżentaw ir-rapporti.

Tkellem William (The Earl of) Dartmouth dwar l-iżvolġiment tad-dibattitu.

Tkellem Karel De Gucht (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu: David Martin (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET) (A7-0312/2010), Filip Kaczmarek (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE) (A7-0312/2010), Catherine Grèze (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE) (A7-0310/2010), Pervenche Berès (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL) (A7-0317/2010), Richard Howitt (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL) (A7-0312/2010), Daniel Caspary f'isem il-Grupp PPE, Kriton Arsenis f'isem il-Grupp S&D, Metin Kazak f'isem il-Grupp ALDE, Keith Taylor f'isem il-Grupp Verts/ALE, Peter van Dalen f'isem il-Grupp ECR, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, William (The Earl of) Dartmouth f'isem il-Grupp EFD, Laurence J.A.J. Stassen Membru mhux affiljata, Małgorzata Handzlik, George Sabin Cutaş, Catherine Bearder, Jacky Hénin u Elisabeth Köstinger.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Zuzana Roithová, Miroslav Mikolášik, Carl Schlyter, Csanád Szegedi u Seán Kelly.

Tkellmu: Karel De Gucht, Tokia Saïfi, Yannick Jadot u Harlem Désir.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.2 tal- Minuti ta' 25.11.2010, punt 8.13 tal- Minuti ta' 25.11.2010 u punt 8.14 tal- Minuti ta' 25.11.2010.


21. Każijiet ta' antidumping - sitwazzjoni attwali u prospettivi (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0132/2010) imressqa minn Daniel Caspary, Cristiana Muscardini, Tokia Saïfi u Georgios Papastamkos f'isem il-Grupp PPE, Kader Arif, Bernd Lange u Gianluca Susta f'isem il-Grupp S&D, Metin Kazak, Niccolò Rinaldi u Marielle De Sarnez f'isem il-Grupp ALDE, Yannick Jadot f'isem il-Grupp Verts/ALE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Robert Sturdy, Syed Kamall u Jan Zahradil f'isem il-Grupp ECR, lill-Kummissjoni: Sitwazzjoni u perspettivi ta' każijiet ta' anti-dumping (B7-0562/2010)

Daniel Caspary, Vital Moreira (flok l-awtur), Niccolò Rinaldi, Carl Schlyter (flok l-awtur), Helmut Scholz u Robert Sturdy għamlu l-mistoqsija bi tweġiba orali.

Karel De Gucht (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija bi tweġiba orali

Tkellmu: Cristiana Muscardini f'isem il-Grupp PPE, Mario Pirillo f'isem il-Grupp S&D, u Jan Zahradil f'isem il-Grupp ECR.

Tkellmet skont il-proċedura "catch the eye" Elisabeth Köstinger.

Tkellem Karel De Gucht.

Id-dibattitu ngħalaq.


22. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 452.507/OJJE).


23. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.50.

Klaus Welle

Diana Wallis

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Iffirmaw:

Abad, Áder, Agnew, Albertini, Albrecht, Alfano, Alfonsi, Alvaro, Alves, Andreasen, Andrés Barea, Andrikienė, Angelilli, Angourakis, Antinoro, Antonescu, Arias Echeverría, Arif, Arlacchi, Arsenis, Ashworth, Atkins, Attard-Montalto, Auconie, Audy, Auken, Aylward, Ayuso, Bach, Badia i Cutchet, Bagó, Balčytis, Baldassarre, Balz, Balzani, Bartolozzi, Băsescu, Bastos, Batten, Baudis, Bauer, Bearder, Béchu, Belder, Belet, Bélier, Benarab-Attou, Bendtsen, Bennahmias, Berès, Berlato, Besset, Bielan, Bilbao Barandica, Bisky, Bizzotto, Blinkevičiūtė, Bloom, Bodu, Böge, Bokros, Bonsignore, Borghezio, Borsellino, Borys, Bové, Bozkurt, Bradbourn, Brepoels, Březina, Brok, Brons, Brzobohatá, Bufton, Bullmann, Buşoi, Busuttil, Bütikofer, Buzek, Cabrnoch, Cadec, Callanan, van de Camp, Campbell Bannerman, Cancian, Canfin, Capoulas Santos, Carvalho, Casa, Cashman, Casini, Caspary, Castex, del Castillo Vera, Cavada, Cercas, Češková, Chatzimarkakis, Chichester, Childers, Chountis, Christensen, Claeys, Clark, Coelho, Cofferati, Collino, Colman, Comi, Corazza Bildt, Cornelissen, Correia De Campos, Cortés Lastra, Silvia Costa, Cramer, Creţu, Creutzmann, Crocetta, Crowley, Cutaş, Cymański, Frédéric Daerden, van Dalen, Dăncilă, Danellis, Danjean, Dantin, (The Earl of) Dartmouth, Daul, David, Davies, De Angelis, de Brún, De Castro, Dehaene, De Keyser, Delli, Delvaux, de Magistris, De Mita, De Rossa, De Sarnez, Désir, Deß, Deutsch, Deva, De Veyrac, Díaz de Mera García Consuegra, Dodds, Domenici, Dorfmann, Duff, Durant, Dušek, Ehler, Ehrenhauser, Eickhout, Ek, El Khadraoui, Elles, Enciu, Engel, Engström, Eppink, Ertug, Essayah, Estaràs Ferragut, Estrela, Evans, Fajon, Falbr, Farage, Färm, Feio, Ferber, Fernandes, Elisa Ferreira, João Ferreira, Fidanza, Figueiredo, Fisas Ayxela, Fjellner, Flašíková Beňová, Flautre, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Ford, Foster, Fox, Fraga Estévez, Gahler, Gál, Gallagher, Gallo, Gáll-Pelcz, García-Margallo y Marfil, García Pérez, Gardiazábal Rubial, Gardini, Garriga Polledo, Gauzès, Gebhardt, Geier, Gerbrandy, Geringer de Oedenberg, Giannakou, Giegold, Gierek, Girling, Glante, Glattfelder, Godmanis, Goebbels, Goerens, Gollnisch, Gomes, Göncz, Goulard, de Grandes Pascual, Gräßle, Grech, Grelier, Grèze, Griesbeck, Griffin, Gróbarczyk, Groote, Grosch, Grossetête, Gruny, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Gurmai, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Häfner, Haglund, Hall, Händel, Handzlik, Hankiss, Harbour, Harkin, Hartong, Hassi, Haug, Häusling, Hautala, Jiří Havel, Hedh, Helmer, Hénin, Herczog, Herranz García, Hibner, Jim Higgins, Nadja Hirsch, Hoang Ngoc, Hoarau, Hohlmeier, Hökmark, Honeyball, Howitt, Danuta Maria Hübner, Hudghton, Hughes, Hyusmenova, Iacolino, Ibrisagic, Ilchev, Imbrasas, in 't Veld, Iotova, Iovine, Irigoyen Pérez , Itälä, Iturgaiz Angulo, Ivan, Ivanova, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Járóka, Jazłowiecka, Jędrzejewska, Jeggle, Jensen, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, de Jong, Jordan Cizelj, Jørgensen, Junqueras Vies, Juvin, Kacin, Kaczmarek, Kadenbach, Kalfin, Kalinowski, Kalniete, Kamall, Kamiński, Kammerevert, Karas, Karim, Kariņš, Kasoulides, Kastler, Kazak, Tunne Kelam, Alan Kelly, Seán Kelly, Kiil-Nielsen, Kirilov, Kirkhope, Klaß, Klinz, Klute, Koch, Koch-Mehrin, Kohlíček, Kolarska-Bobińska, Koppa, Kósa, Köstinger, Koumoutsakos, Béla Kovács, Kovatchev, Kowal, Kozłowski, Kožušník, Krahmer, Kratsa-Tsagaropoulou, Krehl, Kreissl-Dörfler, Kuhn, Kukan, Kurski, Lamassoure, Lambert, Lamberts, Lambrinidis, Lambsdorff, Lange, de Lange, Langen, La Via, Lechner, Le Foll, Le Grip, Legutko, Lehne, Le Hyaric, Leichtfried, Leinen, Lepage, Marine Le Pen, Liberadzki, Lichtenberger, Liese, Liotard, Lisek, Lochbihler, Løkkegaard, Lope Fontagné, López Aguilar, López-Istúriz White, Lösing, Lövin, Ludford, Ludvigsson, Luhan, Lulling, Lunacek, Lynne, Lyon, McAvan, McCarthy, McClarkin, McGuinness, McMillan-Scott, Macovei, Madlener, Manders, Mănescu, Maňka, Mann, Manner, Marcinkiewicz, Marinescu, David Martin, Hans-Peter Martin, Martínez Martínez, Masip Hidalgo, Maštálka, Mastella, Matera, Mathieu, Matias, Mato Adrover, Matula, Mauro, Mavronikolas, Mayer, Mayor Oreja, Meissner, Mélenchon, Melo, Méndez de Vigo, Menéndez del Valle, Merkies, Messerschmidt, Mészáros, Meyer, Louis Michel, Migalski, Mikolášik, Milana, Millán Mon, Mirsky, Mitchell, Mölzer, Morganti, Morin-Chartier, Morkūnaitė-Mikulėnienė, Morvai, Motti, Mulder, Muñiz De Urquiza, Muscardini, Nattrass, Nedelcheva, Neuser, Neveďalová, Newton Dunn, Neynsky, Neyts-Uyttebroeck, Nicholson, Nicolai, Niculescu, Niebler, van Nistelrooij, Nitras, Obermayr, Ojuland, Olbrycht, Olejniczak, Oomen-Ruijten, Őry, Ouzký, Oviir, Pack, Padar, Paleckis, Paliadeli, Pallone, Panayotov, Panzeri, Papadopoulou, Papanikolaou, Papastamkos, Pargneaux, Parvanova, Paşcu, Paška, Patrão Neves, Patriciello, Peillon, Perello Rodriguez, Alojz Peterle, Pieper, Pietikäinen, Piotrowski, Pirillo, Pittella, Plumb, Poc, Podimata, Ponga, Poręba, Portas, Posselt, Pöttering, Poupakis, Preda, Vittorio Prodi, Provera, Quisthoudt-Rowohl, Rangel, Ranner, Ransdorf, Rapkay, Rapti, Regner, Reimers, Remek, Repo, Reul, Riera Madurell, Ries, Rinaldi, Riquet, Rivasi, Rivellini, Rochefort, Rodust, Rohde, Roithová, Romero López, Romeva i Rueda, Ronzulli, Rosbach, Rossi, Roth-Behrendt, Rouček, Rübig, Rubiks, Rühle, Saïfi, Salafranca Sánchez-Neyra, Salatto, Salavrakos, Salvini, Sánchez Presedo, Sanchez-Schmid, Sargentini, Sartori, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Savisaar-Toomast, Schaake, Schaldemose, Schlyter, Olle Schmidt, Schnellhardt, Schnieber-Jastram, Scholz, Schöpflin, Schroedter, Werner Schulz, Schwab, Scicluna, Scottà, Scurria, Seeber, Sehnalová, Senyszyn, Serracchiani, Severin, Siekierski, Simon, Simpson, Sinclaire, Sippel, Siwiec, Skinner, Skrzydlewska, Skylakakis, Smith, Smolková, Sógor, Soini, Sommer, Søndergaard, Sonik, Sosa Wagner, Soullie, Speroni, Staes, Stassen, Šťastný, Stavrakakis, Steinruck, Sterckx, Stevenson, Stihler, van der Stoep, Stolojan, Dimitar Stoyanov, Emil Stoyanov, Strasser, Strejček, Striffler, Sturdy, Susta, Alf Svensson, Eva-Britt Svensson, Swinburne, Swoboda, Szájer, Szegedi, Szymański, Tabajdi, Takkula, Tănăsescu, Tannock, Tarabella, Tarand, Tatarella, Tavares, Taylor, Teixeira, Thaler, Thein, Theocharous, Theurer, Thomsen, Thun und Hohenstein, Thyssen, Ţicău, Tirolien, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tošenovský, Trautmann, Tremopoulos, Tremosa i Balcells, Triantaphyllides, Trüpel, Trzaskowski, Tsoukalas, Turmes, Turunen, Tzavela, Uggias, Ulmer, Ulvskog, Ungureanu, Urutchev, Uspaskich, Vadim Tudor, Vaidere, Vajgl, Vălean, Van Brempt, Van Orden, Vattimo, Vaughan, Vergiat, Vergnaud, Verheyen, Vidal-Quadras, Vigenin, de Villiers, Vlasák, Vlasto, Voss, Jarosław Leszek Wałęsa, Wallis, Watson, Henri Weber, Manfred Weber, Renate Weber, Weiler, Weisgerber, Werthmann, Westphal, Wieland, Wikström, Willmott, Wils, Hermann Winkler, Iuliu Winkler, Wortmann-Kool, Yáñez-Barnuevo García, Yannakoudakis, Záborská, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zalewski, Zanicchi, Zasada, Ždanoka, Zeller, Zemke, Zīle, Ziobro, Zver, Zwiefka

Avviż legali - Politika tal-privatezza