Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 dwar il-ħolqien ta' netwerk tal-uffiċjali ta' kollegament tal-immigrazzjoni [COM(2009)0322 - C7-0055/2009- 2009/0098(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra (A7-0342/2010)
Agustín Díaz de Mera García Consuegra ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellmu: Carlos Coelho f'isem il-Grupp PPE, Claude Moraes f'isem il-Grupp S&D, Stanimir Ilchev f'isem il-Grupp ALDE, Franziska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Rui Tavares f'isem il-Grupp GUE/NGL, Paul Nuttall f'isem il-Grupp EFD, li wieġeb ukoll għal mistoqsija bil-"kartuna blu" ta' Krisztina Morvai, Philip Claeys Membru mhux affiljat, Georgios Papanikolaou, Andreas Mölzer.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Simon Busuttil, Oreste Rossi, Franz Obermayr, Csanád Szegedi, Andrew Henry William Brons u Krisztina Morvai.
Tkellmu: Cecilia Malmström u Agustín Díaz de Mera García Consuegra.